San Publju fuq il-Ġżejjer ta’ San Pawl … Pellegrinaġġ storiku

  • Ġun 19, 2017 11:57
  • Miktub minn iNews

    L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta hija għaqda volontarja li tieħu ħsieb iżżomm ħaj il-kult u d-devozzjoni lejn San Publju, Patrun u qaddis Malti, msemmi fil-Bibbja għall-ġenerożità u l-laqa’ li għamel lill-Appostlu tal-Ġnus.

    Din is-Sena jaħbat l-1950 sena mill-martirju tal-appostlu missierna San Pawl, u l-ħames snin mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta. Biex tfakkar dan l-anniversarju fit-2 ta' Lulju l-Assoċjazzjoni ser tkun qed torganizza pellegrinaġġ storiku. Dan ser ikun jikkonsisti f'mawra fuq il-gżejjer ta' San Pawl bl-istatwa ta’ San Publju. Hemmhekk issir ċelebrazzjoni Ewkaristika. L-idea nibtet sabiex permezz ta’ dawn il-qaddisin b’rabta intima aħna l-Maltin niftakru fl-għeruq tagħna tal-Kristjaneżmu immarkati bil-laqa' ġeneruża li għamel Publju lil Pawlu, u allura lil Ġesù Kristu, li tiegħu bħal Pawlu aħna mistiedna nkunu xhieda.

    Ser niltaqgħu għall-ħabta tat-3.30pm f’San Pawl il-Baħar, nirkbu l-laneċ u nibdew il-vjaġġ tagħna lejn il-gżejjer. Biex din tkun esperjenza sabiħa qed nistiednu wkoll lil dawk li għandhom dgħajjes biex jingħaqdu magħna akkumpanjati wkoll bi bnadar ta’ Malta sabiex isebbħu din l-attività. Lura Malta l-istatwa ser titmexxa f’purċissjoni qasira akkumpanjata mill-banda. l-attività tagħlaq bil-Barka Sagramentali.

    Inħeġġu lil dawk interessati sabiex jibbukkjaw mill-aktar fis permezz tal-e-mail: publjumlt@gmail.com jew mob; 79059571, 79372709. Tistgħu issegwu l-paġna tal-għaqda fuq facebook; Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook