Moviment sħiħ biex Simon Busuttil jibqa’ Kap tal-PN … “Nemmen li ħadd m’għandu jitfa’ nomina għall-Kap tal-Partit”

  • Ġun 19, 2017 12:22
  • Miktub minn iNews

    Minkejja li l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil wara t-telfa elettorali kbira li ġarrab il-Partit Nazzjonalista filwaqt li qal li kien se jkun qed jirriżenja mit-tmexxija tal-Partit u li mhux se jkun qed jitfa’ l-kandidatura tiegħu mill-ġdid, inbeda moviment sħiħ biex Busuttil jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

    Wara dan il-moviment m’hemm ħadd ħlief l-eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista Peter Darmanin.  Waqt li waqqaf sit ġdid għal persuni Nazzjonalista fejn qed jagħmilha ċara mal-membri biex jaraw li min ikun fih ikunu persuni ta’ twemmin Nazzjonalista, hu iddikjara b’mod ċar li jemmen li ħadd m’għandu jitfa’ n-nomina għall-Kap tal-Partit. Ta’ min jgħid li diversi deputati diġa esprimew appoġġ biex Simon Busuttil jibqa’ jservi bħala Kap. Fost dawn kien hemm Jean Pierre Debono, Claudette Buttiġieġ u Robert Arrigo.

    F’wieħed mill-messaġġi li kiteb, ovvjament intenzjonat għal deputati Nazzjonalisti li qed juru interess li jitfgħu n-nomina għall-kap tal-Partit Nazzjonalista, hu qal li “jien personalment nemmen li ħadd m’għandu jitfa’ n-nomina għal kap tal-partit. Jien għandi 75 sena u m’għandi l-ebda aġenda moħbija. M’għandi bżonn xejn mingħand ħadd għal grazzja t’Alla. Qed ngħid dan bl-akbar onestà u sinċerità għax inħobb il-partit li għalih tajt u ddedikajt b’entużjażmu kbir, 35 minn ħajti”. 

    F’messaġġ ieħor li kiteb qal li “aħna Nazzjonalisti, irriduk li tibqa’ l-kap tagħna”.  Messaġġ ieħor li kiteb Darmanin kien jgħid li “il-kap tagħna Simon Busuttil wiret partit moribond biex ma ngħidx ‘Mejjet’.  F’erba’ snin bena partit mill-ġdid u ġab lill-partit finanzjarjament fuq saqajh. Ġab l-għaqda fil-partit minkejja kollox.  Qatt xi ħadd bassar erba’ snin ilu li se nerġgħu naraw dawk il-folol li rajna matul il-kampanja elettorali. Ħadd.  Simon Busuttil hemm bżonn li jibqa’ fit-tmun tal-partit. Fil-preżent m’hemm ħadd li jista’ jimla’ postu’”.

    Jibdew jissemmew diversi ismijiet li jistgħu jitfgħu n-nomina għall-kap

    Sadanittant qed jissemmew diversi persuni li jistgħu jkunu kap jew viċi kap tal-PN. Fost l-ismijiet li qed jissemmew hemm Beppe Fenech Adami, Kristy Debono, Chris Said u anke Claudio Grech.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0