FILMAT: “Għaġġlu, qed immut” … Matador jinqatel fi ġlieda mal-barrin fi Franza

  • Ġun 19, 2017 13:19
  • Miktub minn iNews

    FILMAT GRAFIKU…

    Matador popolari miet wara li qala’ daqqa ta’ qarn mingħand barri wara li waqa’ fil-mant tiegħu. Ivan Fandino, Spanjol ta’ 36 sena, waqa’ waqt ġlieda fl-arena mal-barri hekk kif saqajh inqabad fil-materjal tal-mant.

    Il-barri, li kien jiżen aktar minn nofs tunellata, imbagħad jidher iwaddbu fl-arja u jagħtih daqqa ta’ qarn f’sidru. Qed ikun rapportat li l-aħħar kliem li lissen hekk kif kien qed jinġarr barra mill-arena minn matadors oħrajn preżenti kienu “għaġġlu, qed immut”.

    Fandino, li huwa missier ta’ tifel, miet fi triqtu lejn l-isptar kaġun tal-ġrieħi gravi li ġarrab fil-pulmun u l-kliewi. Il-ġlieda żvolġiet nhar is-Sibt li għadda fi Franza.

    Il-barri fil-ġlieda ma’ Fandino kellu ħames sninu kien imsemmi Provechito. Fandino rebaħ ġlieda aktar kmieni kontra l-istess barri, li matulha qatgħalu widintu. Wara l-inċident ta’ Fandino, il-ġlied tal-barrin kompla fejn sussegwentement fi ġlieda separata Provechito nqatel.

    Il-mewt ta’ Fandino waslet inqas minn sena mill-mewt ta’ matador ieħor Spanjol, Victor Barrio, li miet fi ġlieda mal-barrin fi Spanja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook