Appell biex it-tfal ikunu mħarsin minn kull periklu matul is-sajf

  • Ġun 19, 2017 14:39
  • Miktub minn iNews

    Is-sajf, bil-ħafna ħin liberu tal-vaganzi, huwa żmien ta’ gost għat-tfal u l-ġenituri għandhom jieħdu l-inizjattiva sabiex jgħinuhom joħolqu bilanċ bejn attivitajiet barra d-dar u dawk onlajn.

    L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qal li jagħraf l-isforzi tal-familji u tal-iskejjel li fis-sajf itellgħu attivitajiet rikreattivi għat-tfal u jsejjaħ biex ‘il bosta inizjattivi jinżammu u jissaħħu sabiex it-tfal kollha jkunu jistgħu jgawdu minn dawn l-opportunitajiet.

    L-Uffiċċju appella lil dawk kollha li huma responsabbli mill-benessri tat-tfal biex jiżguraw li t-tfal jieħdu gost b’mod sigur, fis-sajf, waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jipproteġuhom mill-qilla tax-xemx, mill-perikli marbutin mal-barbecues, logħob u għawm f’pixxini kif ukoll fil-baħar. Fakkar li tfal żgħar ħafna jistgħu jgħerqu f’żewġ pulzieri f’banju jew paddling pool u għalhekk appella lill-adulti biex iżommu għajnejhom fuq it-tfal il-ħin kollu.

    Żied jgħid li l-awtoritajiet għandhom rwol kruċjali fit-tfassil u l-infurzar ta’ standards ta’ sigurtà adegwati fil-postijiet sajfin kollha fejn it-tfal jieħdu pjaċir.

    Fl-istess ħin, il-ġenituri għandhom japprofittaw ruħhom mill-opportunitajiet li jeżistu għat-tfal biex jitgħallmu jakkwistaw ħiliet ġodda biex ikunu jistgħu jieħdu gost mingħajr ma jweġgħu. Jeżistu bosta opportunitajiet li huma miftuħin għat-tfal kollha, bħal ma huma l-lezzjonijiet tal-għawm u logħob barra organizzati minn SportMalta. 

    L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal ħeġġeġ lill-ġenituri biex isegwu ukoll l-avviżi tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard dwar il-perikli għas-saħħa. Ħeġġeg lil dawk kollha responsabbli għat-tfal biex imexxu bl-eżempju, u lill-adulti biex jitgħallmu kif jagħtu l-ewwel għajnuna anke f’inċidenti zgħar li jistgħu jinqagħlu kemm fid-dar kif ukoll fil-baħar bħal gdim tal-bram.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook