86% tal-persuni taħt l-età xorbu l-alkoħol

  • Ġun 19, 2017 15:28
  • Miktub minn Kyle Vidal

    Imnedija kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali u l-Għaqda Każini tal-Banda

    Skond l-istħarriġ maħruġ mill-Iskola Ewropea dwar l-alkoħol u sustanzi llegali (ESPAD), jirriżulta li f'Malta, 86% tal-persuni li huma taħt l-età xorbu l-alkoħol xi darba jew oħra. Din l-istatistika allarmanti hija 6% għola mill-medja Ewropea. 

    Alfred Grixti, il-Kap Eżekuttiv tal-istess Fondazzjoni, matul konferenza tal-aħbarijiet ħabbar li bħala parti minn din il-kollaborazzjoni se jkun qed jittella filmat fuq il-midjo soċjali, fejn li juri s-sabiħ tal-festi m'għandux jitħassar b'xorb eċċessiv jew b'użu ta' sustanzi llegali.

    Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon irrimarka li l-festi, li jagħmlu parti integrali mill-identità Maltija, m'għandhomx jitħassru bl-eċċesività tal-alkoħol.

    Intant matul il-konferenza, il-Fondazzjoni ppreżentat lill-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, Noel Camilleri, b'numru ta' breathalyzers tests niex ikunu wżati mill-każini waqt il-festi. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0