Struzzjonijiet mill-FIFA lir-referees għaċ-ċelebrazzjonjiet tal-goals

  • Ġun 19, 2017 15:37
  • Miktub minn iNews

    Ir-referees ġew ordnati biex iżidu l-ħin taċ-ċelebrazzjonijiet tal-goals fil-ħin miżjud ta’ kull taqsima.

    Il-ftehim il-ġdid diġá jinsab fis-seħħ fil-Confederations Cup li bdiet nhar is-Sibt fir-Russja bl-għaqda li tmexxi l-football fid-dinja trid li dan irid jiġi addottat madwar id-dinja kollha.

    Il-miżuri ħorox fuq il-players li jdawru lill-uffiċjali u juru nuqqas ta’ rispett huwa ffukat u mġedded u anke li jiġi infurzat l-limitu ta’ sitt sekondi meta l-goalkeepers iżommu l-ballun waqt il-logħob ġew ukoll imħabbra f’kon­ferenza stampa li saret f’St Petersburg qabel ma bdiet il-Confederations Cup.

    Iktar provi bil-Video Assistant Referee (VAR) se jkunu mmexxija dan ix-xahar waqt il-provi tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja, kif ukoll l-esperiment li jippermetti l-użu tar-raba’ sostitut fil-ħin barrani, wara l-approvaz­zjoni mill-International Football Association Board (IFAB).

    L-ikona Olandiż, Marco van Basten, li llum huwa l-uffiċjal kap tekniku tal-FIFA, qal: “L-għanijiet tal-FIFA u tal-IFAB, huma biex jippromovu l-ġustizzja u l-integritá, jiżdied il-ħin attwali tal-logħob u jsaħħu l-użu massimu tat-teknoloġija.

    “Il-ħin miżjud l-iktar li jkun huwa ta’ minuta fl-ewwel taqsima u tlieta fit-tieni taqsima. F’logħba li fiha jiġu skorjati ħafna goals, iċ-ċelebrazzjoni ta’ goal jieħu ħafna ħin, u għalhekk għandu jkun miżjud.

    “L-udjenza trid tara l-azzjoni, għalhekk il-FIFA qed tinkoraġġixxi lir-referees biex ikunu iktar stretti meta jikkalkulaw il-ħin miżjud.

    “Il-goalkeeper jista’ iżomm il-ballun sa massimu ta’ sitt minuti, iżda ħafna drabi għal ħafna iktar. F’inċident wieħed fit-Tazza tad-Dinja Under-20, huwa żammu għal 20 sekonda.

    “Irridu nagħmlu l-logħba iktar dinamika u tlabna lir-referees biex ifakkru lill-goalkeeper li dan ir-regolament għadu jeżisti u jkunu iktar stretti fuqu biex il-logħba ma tnaqqasx mir-ritmu tagħha.”

    Il-kap tar-refereeing tal-FIFA, Massimo Busacca, qal li l-provi bil-VAR fit-Tazza tad-Dinja Under-20 fil-Korea t’Isfel, li ġiet mir­buħa mill-Ingilterra, ħassru żbalji skandalużi.

    Huwa qal: “Naħseb li l-kwalitá tad-deċiżjonijiet hija kbira, qatt perfetta, iżda kollox jaqa fuq żbalji ovvji, li kultant ikollna nevitaw u naħseb li mexjin fit-triq it-tajba.

    “Fi 52 logħba fit-Tazza tad-Dinja Under-20, mingħajr it-teknoloġija, kien ikun hemm żball li kien skandaluż.”

    Is-sehem tal-VAR fit-tkeċċija tad-difensur ta’ Franza, Raphael Varane, fil-partita ta’ ħbiberija kontra l-Ingilterra tat-Tlieta li għadda f’Pariġi, issuġġeriet li għad hemm difetti kbar li jridu jiġu rranġati mat-teknoloġija tal-video.

    Bħal ma ġie żvelat esklussivament mill-ġurnal Ingliż, Daily Telegraph, xi kampjonati li kienu qed jippjanaw li jintroduċuha fl-istaġun li ġej issa qed jaħsbuha jekk idaħ­ħluhiex.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook