"Ħadd u xejn mhu se jwaqqaf milli ssir Santa Marija f’Ħal Għaxaq”

  • Lul 08, 2017 12:36
  • Miktub minn iNews

    Fuq siti soċjali bdew jinxteru dawk li ssejħu bħala ‘qlajjiet’ dwar jekk hux se ssir il-festa ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq. Xnigħat li bdew iħassbu bil-kbir lill-partitarji ta’ din l-istess festa u tal-Għaqda Mużikali Santa Marija.  Fl-aħħar sigħat, saret dikjarazzjoni mill-istess li tgħid li ħadd u xejn mhu se jwaqqaf il-festa ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq milli ssir”.

    F’komunikat li ħarġu għas-soċi intqal li “l-President flimkien mal-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq iddikjaraw li ħadd u xejn mhu se jpoġġi f’periklu s-seħħ tal-festa titulari ta’ Ħal Għaxaq din is-sena.  Dan ġie dikjarat biex l-għaqda sserraħ ras is-soċi.

    “Nassiguraw lill-poplu Għaxqi li sena ħidma b’risq il-festa tal-padruna se tissarraf bħal kull sena fil-quċċata ta’ Awwissu f’solennità kolta u ċelebrazzjoni festiva sinonima mas-soċjetà titulari.  Hemm vetrina xogħol mill-iprem li tħejjiet mill-bravi niesna.  Sena qawwija ta’ ħidma minn kull kummissjoni interna.  Programmi mużikali a regola d’arte, wirjiet ta’ piroteknika, opri prima klassi fil-kollezzjoni tal-armar titular u sorpriżi għall-briju tal-marċi tagħna. Kollox mibni fis-sod, allura jiflaħ għall-irwiefen u l-mewġ. Kollox mibni b’mod li jxejjen l-irwieġel mbassra mis-soltu xandara tal-baħħ u x-xejn” kompliet tgħid l-istqarrija.

    ‘Nagħmlu appell biex ix-xniegħat u diċeriji li qed jitmexxew jitħallew trankwillament ikomplu jitkattru fuq il-paġni qarrieq ta’ facebook li bihom imdewwed l-internet. Taqgħux għall-provokazzjonijiet. Infakkru li t-twerżiq mill-gallinari u l-gabjetti ta’ dawk  maqfula fid-delirju virtwali ta’ paġni ta’ Facebook qatt ma waħħax jew qatt heżżeż lil-blat żonqri.  Kunu sereni u qawwu qalbkom.   Kollox Lilha, kollox Għaliha u kollox Tagħha.  Għax verament kif jgħid il-Malti u hawn nerġgħu nsostnuh Santa Marija f’nofs Awwissu u kulħadd jieħu li jmissu”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0