FILMAT: Fotografu xxukjat b'dak li ra... Madwar 150 kelb il-baħar jiċċirkondaw grupp ta' studenti! Ir-riżultat?

  • Lul 13, 2017 07:41
  • Miktub minn iNews

    Ritratti u filmat miġbudin f’waħda mill-bajjiet tal-Awstralja ħallew lill-istess fotografu bla kliem.

    Dan hekk kif qal l-istess fotografu “qatt ma rajt daqshekk klieb il-baħar qrib l-umani.”

    Il-fotografu qal li hu jqis lilu nnifsu bħala fortunat li kien hemm qiegħed jiffilmja dan il-mument rari tan-natura. Minkejja dan huwa kkonferma li filwaqt li kien qiegħed jinkwieta għat-tfal li kienu jidhru rilassati f’wiċċ il-baħar jista’ jikkonferma li kienet xena inkredibbli.

    “Kien privileġġ għalija nara dawn il-klieb il-baħar tant sbieħ jifjorixxu fl-ambjent naturali tagħhom.”

    Il-fotografu minn Queensland irnexxielu jaqbad madwar 150 kelb il-baħar li bdew tista’ tgħid jiċċirkondaw il-bajja.

    Scott qal li jispera li l-fotografija tiegħu tgħin fid-dibattitu li jinsab għaddej fl-Awstralja rigward il-qtil tal-klieb il-baħar fil-pajjiż u li bi ftit “sens komun” wieħed jinnota li dawn ma għandhom l-ebda interess fl-umani.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook