Imut minn ferita ta' arma tan-nar 60 SENA WARA li seħħ l-inċident!

  • Lul 13, 2017 11:02
  • Miktub minn iNews

    Raġel Amerikan mill-istat ta’ Florida miet kaġun ta’ ferita ta’ arma tan-nar minn inċident li kien seħħ aktar minn 60 sena ilu. Skont l-eżaminatur mediku li għamel l-awtorpsja fuq l-anzjan, John Henry Barrett, ta’ 77 sena, miet f’Mejju li għadda minn infezzjoni u kumplikazzjonijiet relatati mal-ferita li kien ġarrab snin twal ilu minn arma tan-nar. Tant hu hekk li l-mewt tar-raġel qed jitqies bħala omiċidju u se jkun qed jagħmel parti mill-istatistika għal din is-sena f’dawk li huma vittmi ta’ omiċidji.

    Fl-1958 Barrett intlaqat fis-sinsla ta’ dahru minn tir ta’ arma tan-nar, u kaġun ta’ hekk kien spiċċa parzjalment ipparalizzat, tant li biex jimxi kien jeħtieġ li jagħmel użu minn bastun. L-inċident kien seħħ meta Barrett kien għad kellu 19-il sena, u kien sieħbu stess li sparalu wara argument li kellhom. Jidher li sieħbu kien serva wkoll sentenza ta’ priġunerija.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook