Għarusa toqtol lilha nnifisha wara li kienet imġiegħla tagħmel testijiet tal-verġinità

  • Lul 13, 2017 17:27
  • Miktub minn iNews

    Raġel mit-Tajikistan qed ikun akkużat li wassal lil martu biex twettaq suwiċidju fost allegazzjonijiet li ġiegħelha test tal-virġinità u mbagħad talab li jiżżewweġ mara oħra wara li ma emminx ir-riżultati tat-testijiet li ġew provduti.

    Rajabbi Khurshed, ta’ 18-il sena, spiċċat qatlet lilha nnifisha billi xorbot doża letali ta’ ħall 40 jum biss wara li żżewġet lil Zafar Pirov ta’ 24 sena. It-tfajla qatt ma kienet iltaqgħet mal-ġuvni qabel iċ-ċerimonja taż-żwieġ.

    Qed ikun rapportat li minkejja li rnexxielha tgħaddi test qabel iċ-ċerimonja taż-żwieġ, liema test huwa mitlub mill-gvern, Pirov ammetta li ħa lil martu għal żewġ testijiet oħrajn, li wkoll irriżultaw li l-mara kienet għadha verġni.

    Il-qraba ta’ Kurshed qalu li l-mara, mumenti biss qabel ma mietet, qalet li hija kellha pressjoni enormi minn Pirov biex taċċetta t-talbiet tiegħu għal mara oħra, bil-pressjoni tant kienet kbira li ma setgħetx tissaporti aktar.

    Min-naħa tiegħu Pirov qal li martu kienet tagħtu dikjarazzjoni bil-miktub fejn kienet qed tagħtih il-kunsens tagħha li jkollu mara oħra minħabba li ma kinitx verġni meta żżewġu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook