FILMAT: Anzjan ipparalizzat jisfa abbużat fiżikament mill-carer fid-dar tiegħu

  • Lul 14, 2017 11:40
  • Miktub minn iNews

    Filmat miġbud minn kameras tas-sigurtà juri l-mument mill-aktar xokkant meta raġel anzjan kien abbużat fiżikament mill-carer tiegħu waqt li kien fid-dar tiegħu fi provinċja Ċiniża fix-Xlokk tal-pajjiż.

    L-anzjan ta’ 77 sena, li huwa pparalizzat, fil-filmat jidher jaqla’ daqqiet fuq rasu, imbuttat mal-art u mbagħad jidher jintefa’ vjolentement mill-ġdid fuq is-sodda.

    Il-filmati huma datati bejn is-16 u l-21 ta’ April. F’filmat minnhom, għall-ħabta tal-4.00 a.m. l-anzjan jidher jiġi mkaxkar minn fuq is-sodda u jitwaddab vjolentement mal-ħajt. Il-carer imbagħad ta daqqa vjolenti f’ras l-anzjan u mbuttah ’il barra mill-kamra tas-sodda.

    Il-carer tressaq quddiem il-Qorti nhar it-12 ta’ Lulju li għadda, u mistenni li jkompli jintsema’ fil-jiem li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0