FILMAT: Ruslana mistiedna tal-Banda Pinto

  • Lul 14, 2017 12:48
  • Miktub minn iNews

    Fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Sebastjan li qed tkun iċċelebrata matul din il-ġimgħa f'Ħal Qormi, ilbieraħ is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tellgħet il-programm mużikali tal-festa fuq il-planċier tas-Soċjetà. Għal dan il-programm, is-Soċjetà Pinto kellha mistiedna speċjali lil Ruslana - il-kantanta Ukrena li fl-2004 rebħet l-edizzjoni tal-Eurovision bid-diska 'Wild Dances.'

    Din id-diska kienet interpretata live minn din il-kantanta flimkien mal-Banda Pinto fuq arranġament ta' Etienne Spiteri. Il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Dominic Darmanin, daqqet ukoll silta mużikali oħra flimkien mal-kantanta Ruslana, liema silta tkantat għall-ewwel darba minnha propju ilbieraħ f'pajjiżna.

    Fil-programm mużikali tal-bieraħ indaqqu numru ta' siltiet varji fosthom diversi innijiet u anke silta mill-Oratorju Sebastianus Christianus li inkiteb fl-2012 minn Mro Ray Sciberras. Dan il-programm ra ukoll il-parteċipazzjoni ta' bosta talent lokali, fosthom ukoll ta' Claudia Faniello li kantat is-silta 'Breathlessly' li biha rrappreżentat lill-pajjiżna fl-edizzjoni tal-Eurovision ta' din is-sena.

    L-attivitajiet fil-Parroċċa Bastjaniża jkomplu llejla bil-famuż marċ tal-aħħar tridu kif ukoll għada lejliet il-festa u nhar il-Ħadd ikun mistenni il-marċ ta' filgħodu kif ukoll il-Purċissjoni Solenni bl-istatwa ta' San Sebastjan mat-toroq tal-Parroċċa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook