175 sena mill-wasla tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq

  • Lul 14, 2017 16:23
  • Miktub minn iNews

    Is-sena 2017 timmarka l-175 sena mill-wasla tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq. Anniversarju importanti li l-Konfraternità Karmelitana taż-Żurrieq ħasbet biex tfakkar bi ktieb li jiġbor fih tagħrif esklussivament marbut mal-vara tal-Madonna tal-Karmnu.

    Apparti d-diversi kitbiet b’rabta ma’ aspetti diversi  tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu, il-ktieb ’175 Sena Fostna’ huwa mżewwaq ukoll b’diversi ritratti antiki u oħrajn iktar riċenti li jagħmlu minn dan il-ktieb vetrina ta’ dak kollu li hu marbut mal-Kult Karmelitan fiż-Żurrieq. 

    Pellegrinaġġ Solenni

    Intant, għada l-Ħadd huwa jum speċjali mhux biss għax hija l-festa liturġika mad-dinja kollha tal-Madonna tal-Karmnu, iżda wkoll għax dakinhar se jingħata bidu għall-festi interni fil-parroċċa taż-Żurrieq peress li f’nofsinhar isir il-ħruġ min-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu mill-Oratorju għall-Knisja Arċipretali fejn titpoġġa għall-qima tad-devoti.

    B’rabta mal-175 anniversarju, il-Ħadd fil-għaxija se jsir pellegrinaġġ bl-istess vara wara quddiesa kantata u konċelebrata fis-6p.m., immexxija minn Mons Giovanni Bosco Cremona. Interessanti li r-rotta li se jieħu dan il-pellegrinaġġ hija totalment different mir-rotta normali tal-purċissjoni peress li għall-ewwel darba l-vara tal-Madonna se titla’ sal-qalba tan-Nigret minn fejn imbagħad tinżel biex isir id-dħul lura fil-Knisja Arċipretali.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook