FILMAT: Jinqala' pandemonju sħiħ fil Parlament Tajlandiz? … Żewġ Membri Parlamentari nisa jispiċċaw fl-idejn

  • Lul 14, 2017 16:31
  • Miktub minn iNews

    Żewġ Membri Parlamentari spiċċaw fiċ-ċentru tal-attenzjoni hekk kif waqt dibattitu Parlamentari fit-Tajlandja t-tensjoni għoliet ġmielha u spiċċaw fl-idejn.

    Iż-żewġ Deputati nisa dehru jagħtu daqqiet ta’ ħarta lil xulxin u saħansitra f’mument minnhom anke pprovaw jifgaw lil xulxin. Il-frakass inqala’ waqt sessjoni Parlamentari li kellha ir-riforma fl-infrastruttura fuq l-aġenda, b’Membri Parlamentari mill-partit ta’ Kuomintang jipprotestaw kontra l-pjan tal-President Tsai Ing-wen.

    Id-Deputata min-naħa tal-Gvern Chiu Yi-ying ta’ 46 sena marret quddiem il-Membri Parlamentari li kienu qed jipprotestaw u bdiet targumenta magħhom. Min-naħa l-oħra Hsu Shu-hua, ta’ 41 sena marret targumenta ma’ Yi-ying, biż-żewġ nisa jispiċċaw fl-idejn, bil-President tal-Kamra ripetutament isejjaħ għall-kalma u l-ordni, fejn instema’ jfakkar lill-membri preżenti li l-istat kollu kien qed isegwi s-seduta.

    Il-protesti jidher li kienu mnissla mill-fatt li r-riforma proposta mill-President se jkunu qed igawdu l-aktar minnha dawk il-bliet li normalment huma kunsidrati aktar leali lejn il-Partit Demokratiku Progressiv li huwa fil-Gvern.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook