Trump jingħata parir biex ineħħi lit-tfal mill-White House

  • Lul 15, 2017 08:52
  • Miktub minn iNews

    “Il-President Amerikan Donald Trump għandu jneħħi lit-tfal tiegħu mill-amministrazzjoni presidenzjali.” Dan qalu membru tal-Kungress stess fi ħdan l-istess Partit Repubblikan.

    Bill Flores, elett mill-istat ta’ Texas, qal li “se nkun qed noħroġ għonqi f’dan il-każ, iżda nemmen li jkun fl-aħjar interess tal-president stess jekk it-tfal tiegħu ma jibqgħux fil-White House”. Flores emfasizza li ma kienx qed jirreferi biss għal ibnu Donald Trump Jr, iżda wkoll għal Ivanka u Jareed Kushner. Kemm Ivanka u kif ukoll Kushner għandhom rwoli importanti fi ħdan l-amministrazzjoni ta’ Trump bħala konsulenti għoljin.

    Dan il-parir ngħata wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, ġew ippubblikati numru ta’ imejls li juru li Trump Jr kien involut fl-ippjanar tal-laqgħa bejn Kushner u avukat Russu li kien qed jisħaq li kellu informazzjoni sensittiva dwar Hillary Clinton.

    Aktar tard Flores ikkjarifika l-kummenti tiegħu fi stqarrija. Huwa qal li “anke jekk forsi mhux tort tagħhom, il-preżenza tat-tfal adulti tal-President Amerikan Donald Trump fil-White House ħolqot xi distrazzjoni mix-xogħol tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-familji Amerikani.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook