Tifel ta’ 6 snin li twieled b’NOFS QALB jirnexxilu jlesti l-ewwel triathlon

  • Lul 15, 2017 12:59
  • Miktub minn iNews

    Tifel ta’ sitt snin li ta’ kuljum jgħaġġeb lill-qraba u lit-tobba għas-sempliċi fatt li jibqa’ ħaj issa mar pass oltre hekk kif irnexxielu jlesti l-ewwel triathlon tiegħu.

    Iċ-ċkejken Jack Foley, li jgħix f’Long Island fi New York, twieled b’kundizzjoni rari – hypoplatic left heart syndrome (HLHS) – li wasslet biex nofs qalbu tieqaf tiżviluppa waqt it-tqala. Din il-kundizzjoni twassal lill-parti x-xellugija tal-qalb biex ma tiżviluppax kif mistenni matul id-disa’ xhur tat-tqala. Fil-każ ta’ Jack qalbu tant ma żviluppatx li l-parti x-xellugija ma tippumpjax demm. Għaldaqstant il-parti l-leminija tal-qalb tat-tifel ikollha tagħmel ix-xogħol kollu li normalment tagħmel qalb f’saħħitha. Il-ġenituri tiegħu kienu informati bil-problema ta’ saħħa ta’ binhom meta marru għal ultrasound ta’ rutina fl-20 ġimgħa.

    Dawn il-kumplikazzjonijiet ta’ saħħa ma waqqfux lit-tifel milli jħobb l-attività fiżika. Tant hu hekk li meta induna li kuġinuh Michael kien se jipparteċipa fi triathlon għt-tfal, wasal għall-konklużjoni li jrid jagħmilha wkoll.

    It-triathlon żvolġiet fis-17 ta’ Ġunju li għadda, bit-tifel ikollu jgħum f’pixxina, jirkeb ir-rota u jiġri għal distanza konsiderevoli sabiex jilħaq it-tragward.

    Ommu qalet li binha spiċċa t-tiġrija fl-istess ħin ta’ tfal oħra tamparu, madankollu rnexxilu jlestiha b’nofs qalb biss tiffunzjona.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook