Il-Prim Ministru jitfa' l-vot fl-elezzjoni għad-Deputat Mexxej

  • Lul 15, 2017 13:37
  • Miktub minn iNews

    Aktar kmieni llum, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, ivvota fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, liema kariga qed jikkontestaw għaliha l-Ministri Chris Fearne u Edward Scicluna.

    Il-Prim Ministru kien akkumpanjat miż-żewġ kontestanti u membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.

    Il-votazzjoni fetħet dalgħodu fl-10am fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun u fl-10.30am fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat Għawdex, u mistennija tagħlaq fit-8.00pm u s-2pm rispettivament.

    Ir-rikonċiljazzjoni u l-għadd tal-voti mistenni jibda eżatt wara l-għeluq tal-votazzjoni fejn wieħed miż-żewġ kandidati jrid iġib il-50% +1 tal-voti validi biex ikun iddikjarat Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament u eventwalment Deputat Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook