Il-Flessibilità fis-suq tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema diskussi bejn il-GWU u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali

  • Lul 15, 2017 13:58
  • Miktub minn iNews
    Is-suċċess ekonomiku li qed igawdi pajjiżna, u t-titjib soċjali li qed jibbenefikaw minnu ċ-ċittadini Maltin huwa dovut għall-impenn tal-imsieħba soċjali. Impenn li kien inkoraġġit minn djalogu soċjali miftuħ. Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja f’laqgħa li l-Union kellha mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia.
     
    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja stqarr li s-suċċess tad-djalogu soċjali kien dovut għall-aċċessibilità li gawdew l-imsieħba soċjali, fosthom il-GWU, f’dik li hija diskussjonijiet mal-Gvern u l-Prim Ministru nnifsu. Qal li dan il-GWU tista’ tixhdu b’mod speċjali fil-ħidma tagħha kontra l-impjieg prekarju, fejn il-Gvern ikkonsulta magħha, taha widen u implimenta miżuri biex ikun miġġieled dan l-abbuż.
     
    Is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja qal li bħala GWU temmen li kulħadd irid jaħdem għall-għaqda fil-pajjiżbiex inwasslu messaġġ li l-ebda sezzjoni tal-poplu ma’ għandha tibqa’ emarġinata. Hawn huwa faħħar l-impenn u l-parteċipazzjoni tal-GWU fid-diskussjonijiet li saru biex ikunu mfassla l-emendi fil-Liġi taż-Żwieġħalli f’pajjiżna jkollna żwieġ indaqs.
     
    Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Farrugia qal li Malta trid tkun fit for the future u jeħtieġ li jkollha workforce li hi mħarrġa għas-setturi li pajjiżna se jkun qed jiġbed lejh fiż-żmien li ġejFarrugia tenna li biex dan isir, l-imsieħba soċjali u l-Gvern iridu jaħdmu biex il-ħaddiema Maltin jiġu mħarrġa f’setturi ġodda, u biex l-istudenti jiġu gwidati jagħzlu suġġetti ġodda għal karrieri li llum ma joħolmux li jkollhom. Żied jgħid li dinja globalizzata tfisser sfidi kbar iżda wkoll opportunitajiet kbar li pajjiżna jrid jerbaħ.
     
    Is-Segretarju Parlamentari kompla jżid li “Id-djalogu soċjali bejn l-imsieħba soċjali kapaċi jwassal għal kunsens bejn dawk kollha kkonċernati, liema kunses ħareġ biċ-ċar fil-qbil għal żieda fil-paga minima, fejn daħal mekkaniżmu, li grazzi għalih il-paga minima ser tibda tgħola kull erba’ snin. Dan hu l-mod kif għandna naħdmu fiż-żmien li ġej għaliex bi djalogu soċjali b`saħħtu, pajjiżna jasal fil-quċċata, fejn jixtraqlu.
     
    Iż-żewġ naħat iddiskutew li jridu jimxu mill-ħolqien tax-xogħol għall-ħolqien tal-karrieri. Waqt il-laqgħa tkellmu wkoll fuq il-prijoritajiet tal-Gvern skont il-manifest elettorali, fosthom il-festi pubbliċi, ir-riformi maħsuba f’entitajiet li huma fora ta’ diskussjoni għall-imsieħba soċjali u t-tkabbir ekonomiku. Is-Segretarju Parlamentari semma’ kif il-pajjiż se jkun qed iżomm ir-ritmu ekonomiku li kiseb fl-aħħar legiżlatura. Din hi ċ-ċavetta biex ikollna l-prosperità meħtieġa biex il-ġid jissarraf f’aktar xogħol u xogħol aħjar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook