Mara tinqabad tqila ta’ 60 sena wara 20 sena jippruvaw … iżda mbagħad jitlaqha r-raġel!

  • Lul 15, 2017 14:29
  • Miktub minn iNews

    Mara spiċċat biex telaqha r-raġel wara li kienu ilhom għal 20 sena sħaħ jipprovaw ikollhom it-tfal u fl-aħħar irnexxielhom meta għalqet is-60 sena. Jidher li l-inkwiet bejn il-koppja beda kollu mill-għajjat tat-tarbija fil-maternity ward. Tant hu hekk li qal lill-mara li issa xiħ iżżejjed biex joqgħod jissaporti l-għajjat u l-biki tat-tarbija.

    Qed ikun rapportat li r-raġel, Serif Nokic ta’ 68 sena, telaq lil martu proprju fil-jum meta għamlu l-wasla tagħhom lura d-dar fil-belt Serba ta’ Novi Pazar, fil-Punent tal-pajjiż. Jidher li qal lil martu, Atifa Ljajic, li binthom Alina ma kinitx se tħallih jagħlaq għajn m’għajn bil-lejl bil-biki tagħha. Meta kien mistoqsi dwar għaliex ħalla lil martu, ir-raġel wieġeb li martu issa “ħadet dak li riedet, u issa tinsab kuntenta”.

    Serif żied jgħid li tarbija fl-età tiegħu kien se jkollha impatt devastanti fuq saħħtu. Atifa wkoll tbati minn problemi ta’ saħħa, fosthom pressjoni għolja, madankollu saħqet li hija lesta li żżomm lil bintha anke jekk tibqa’ waħedha.

    Qed ikun rapportat ukoll li t-tarbija mhux se tieħu kunjom missierha, hekk kif dan tal-aħħar oppona wkoll li t-tifla tkun imniżżla bħala bintu. Huwa maħsub li l-koppja għamlu użu minn donatur tal-isperma sabiex il-mara tkun tista’ tinqabad tqila.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook