FILMAT: Ma kienx selfie! Turista tkisser mal-$200,000 f'arti

  • Lul 15, 2017 17:30
  • Miktub minn iNews

    Dan il-filmat jaqbad il-mument meta mara allegatament kissret f’dak li jiswa $200,000 ta’ arti f’waħda mill-galleriji tal-arti prinċipali f’Los Angeles. Il-filmat, li nġibed permezz ta’ kameras tas-sigurtà, juri lil numru ta’ turisti josservaw l-arti esebiti fuq kolonni tal-artist rinomat Simon Birch fil-gallerija “The 14th Factory”.

    Fil-filmat jidher ċar li waħda mit-turisti niżlet kokka ħdejn waħda mill-kolonni, li fuqha apparentament kien hemm kuruna, fil-mument li seħħ l-inċident. Jidher li l-mara serrħet mal-kolonna biex tkun tista’ tieħu selfie, moviment li wassal biex il-kolonna nqalbet u ħolqot effett domino fuq il-kolonni li kien hemm ħdejha.

    Jidher li tliet biċċiet tal-arti ġarrbu ħsarat permanenti.

    Il-filmat kien ippubblikat fuq YouTube minn persuna li taf lill-artist ta’ 42 sena. Qed ikun rapportat li Birch kien ilu jaħdem fuq din l-esebizzjoni għal xejn inqas minn sitt snin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook