CHRIS FEARNE JINĦATAR DEPUTAT MEXXEJ … 19-il vot biss jifirdu liż-żewġ kandidati

  • Lul 15, 2017 21:02
  • Miktub minn iNews

    Chris Fearne nħatar bħala d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, liema kariga se tkun tkopri wkoll dik ta’ Deputat Prim Ministru. L-elezzjoni kienet waħda missielta hekk kif id-differenza bejn iż-żewġ kandidati kienet biss ta' 19-il vot, b'Fearne jikseb 367 vot, ekwivalenti għal 51% tal-voti mitfugħin, filwaqt li l-Professur Edward Scicluna kiseb 348 vot, li jammontaw għal 48% tal-voti tad-delegati.

    Fil-votazzjoni tal-lum d-delegati tal-Partit Laburista kellhom jagħmlu l-għażla tagħhom bejn il-Ministru Chris Fearne u Edward Scicluna wara li dawn kienu l-iktar tnejn li ġabu voti, 296 u 249 vot rispettivament fl-ewwel għadd li żvolġa lbieraħ filgħaxija.

    It-tielet kontestanta, Helena Dalli, ġabet 199 vot biex ġiet eliminata peress li r-regoli kienu jgħidu li f’każ li ħadd ma jġib il-maġġoranza jiġi eliminat il-kandidat jew kandidata li jġibu l-inqas ammont ta’ voti.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkongratula lill-Ministru Fearne għall-ħatra tiegħu, f'dik deskritta minnu bħala tellieqa li kienet viċina bejn il-kandidati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    ilbomblu
    Lul 16, 2017

    nifrah lil Chris Fearne: wiehed mil politikanti il godda ta stamina.

    Irrispondi