FILMAT: Tmiena jmutu u għexieren jindarbu fi ġlied waqt logħba futbol fis-Senegal

  • Lul 16, 2017 11:05
  • Miktub minn iNews

    Tmien persuni mietu u aktar minn 40 persuna oħra ndarbu waqt ġlied li nqala’ waqt logħba futbol fis-Senegal. Supporters mit-timijiet rivali ta’ US Ouakam u Stade De Mbour, spiċċaw fl-idejn u waddbu diversi oġġetti fid-direzzjoni ta’ xulxin.

    Hekk kif diversi nies ppruvaw jaħarbu mill-kaos li nħoloq waqt il-logħba, ħajt kien rapportat li ċeda taħt il-piż. Ambulanzi u trakkijiet tat-tifi tan-nar intbagħtu fuq il-post biex jgħinu lill-vittmi, filwaqt li l-pulizija kellhom jirrikorru għall-użu tal-gass tad-dmugħ biex iferrxu l-folla kbira.

    Il-President tas-Senegal Macky Sall permezz ta’ messaġġ fuq Twitter qal li dawk li kkaġunaw din it-traġedja se jinqabdu u jkunu kkastigati kif xieraq.

    Dan l-inċident fis-Senegal huwa l-aħħar minn sensiela twila ta’ traġedji li ġraw fi stadiums madwar id-dinja matul din is-sena.

    Aktar kmieni dan ix-xahar tmien persuni mietu mgħaffġin waqt kaos fl-istadium nazzjonali ta’ Bingu fil-Malawi waqt li kienu għaddejjin iċ-ċelebrazzjonijiet tal-53 sena mill-ksib tal-indipendenza.

    F’Mejju li għadda, erba’ persuni oħrajn mietu mgħaffġin u diversi oħrajn indarbu f’inċident li seħħ fl-istadium nazzjonali tal-Honduras qabel logħba futbol.

    Fl-Angola, mill-inqas 17-il persuna mietu qabel l-ewwel logħba tal-istaġun fi Frar li għadda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook