AĠĠORNATA: Eġizzjana arrestata wara li wettqet 25 serqa f’lukanda … Teħel sentenza sospiża

  • Lul 16, 2017 11:19
  • Miktub minn iNews

    Eġizzjana ta’ 35 sena, residenti San Pawl il-Baħar, tressqet il-qorti b’rabta ma’ diversi akkużi ta’ serq fejn ammettiet l-akkużi miġjubin kontriha. Hija ammettiet li fix-xahar ta’ Lulju minn ġewwa l-lukanda Bellavista li tinsab San Pawl il-Baħar hija kkommettiet serq ta’ flus kontanti, serq ta’ apparat elettroniku u kif ukoll serq ta’ kosmetiċi.

    Minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ id-difiża talbet għad-divjett tal-pubblikazzjoni tal-isem tal-imputata liema talba ġiet milqugħa mill-Qorti. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti kkunsidrat li l-mara kkoperat mal-Pulizija u li l-oġġetti misruqa fosthom €715 ġew irritornati u l-fedina penali netta tagħha. Filwaqt li sabitha ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella sabitha ħatja u kkundannatha 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri filwaqt li l-imputata kellha jassistiha l-Avukat Noel Bianco.

     

    AKTAR KMIENI: Mara Eġizzjana li kienet taħdem bħala fattiga f’lukanda f’San Pawl il-Baħar, kienet arrestata fis-siegħat li għaddew wara ħidma li saret bir-reqqa mill-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra.

    Dan is-sit huwa infurmat li fil-jiem li għaddew, fl-Għassa tal-Qawra, daħlu għexieren ta’ rapporti fuq serq t’apparat elettroniku u flus fost l-oħrajn minn persuni ta’ nazzjonalita barranija residenti fl-istess lukanda.

    Kien għalhekk li l-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra mmexxija mis-Surġent Glenn Carabott irroveljaw bir-reqqa l-lukanda biex waslu għall-arrest tal-Eġizzjana, li taħdem bħala fattiga.

    Fi tfittxija li saret wara l-arrest fir-residenza tagħha, l-Pulizija sabet bosta oġġetti li allegat kienu nsterqu mil-lukanda. L-Ispettur Godwin Scerri qed jinvestiga l-każ.

    L-Eġizzjana se titressaq il-Qorti b’urġenza llum għall-ħabta tal-11.30.a.m.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook