Ġenituri akkużati li ppruvaw joqtlu bil-ġuħ lil binhom adottat

  • Lul 16, 2017 13:17
  • Miktub minn iNews

    Il-każ ta’ koppja minn Wisconsin li allegatament kważi qatlu bil-ġuħ lil binhom ta’ ħames snin li kienu adottaw, u saħansita kienu jittorturawh billi kienu jġiegħluh jilbes basket tal-iskola mimli b’piż żejjed qajjem reazzjoni kbira fl-Istati Uniti.

    Bradley Fahrenkrug, ta’ 40 sena, u Kimberly Fahrenkrug, ta’ 38 sena, nhar it-Tnejn li għadda kienu akkużati b’numru ta’ akkużi ta’ abbuż ta’ tfal wara li t-tifel instab li kien jiżen biss 13-il kilogramma u kien qed ibati minn malnutrizzjoni severa.

    Il-koppja qed tkun akkużata wkoll li ġiegħlu lil binhom jilbes helmet, libsa ssikkata, flippers u backpack mimli b’piżijiet filwaqt li kienu jordnawlu jimmarċja u jagħmel varjetà ta’ eżerċizzji oħrajn. Kien irrapportt ukoll li l-koppja allegatament kienu jagħtuh porzjon żgħira ħafna ta’ ikel filwaqt li t-tfal l-oħrajn tal-koppja setgħu jieklu kemm iridu. Jidher li l-koppja kienet issakkar ukoll lit-tifel biex ma jipprovax jiekol xi ħaġa minn taħt.

    Il-mod kif il-koppja kienu jittrattaw lil binhom wassalhom biex minn Ottubru li għadda kellhom jiħduh l-isptar f’diversi okkażjonijiet.

    Attwalment it-tifel qed jinżamm għall-kura fl-isptar ta’ “Children’s Hospital” f’Madison għal kundizzjoni magħrufa bħala ‘refeeding syndrome’ li tkun ikkaġunata minn malnutrizzjoni severa.

    Kuntrarjament għal dak allegat mill-koppja, it-tifel kien deskritt mill-impjegati tal-isptar bħala “edukat, u normali bħal tfal oħrajn”.

    Il-każ mistenni li jkompli fil-jiem li ġejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook