Din il-kreatura minuskola se tkun l-aħħar forma ta' ħajja fuq id-dinja!

  • Lul 16, 2017 16:10
  • Miktub minn iNews

    Xjentisti qalu li ‘tardigrades’ se jkunu l-aħħar speċi ħajja fuq id-dinja f’każ li tiżvolġi sitwazzjoni katastrofika li toqtol lill-bqija tal-ħajja. Magħrufin ukoll bħala ‘water bears’, din l-ispeċi ta’ kreaturi minuskoli jaf tgħix sa 30 sena mingħajr ikel u ilma, u skont ix-xjentisti huma bla dubju ta’ xejn l-aktar kreaturi reżistenti fuq wiċċ id-dinja.

    Studju ġdid li għadu kemm kien ippubblikat mill-Università ta’ Oxford jgħid li dawn il-kreaturi je jibqgħu jeżistu għal mill-inqas 10 biljun sena oħra, u tant huma reżistenti li anke fl-eventwalità li d-dinja tintlaqat minn asterojd huma jirnexxielhom jeħilsuha mill-mewt.

    Ir-riċerka mill-Università ta’ Oxford kellha l-għan li tiddetermina l-kundizzjonijiet estremi li jafu jwasslu għal tmiem il-ħajja fuq id-dinja. It-tardigrades, li għandhom tmien saqajn u kapaċi jikbru sa nofs ċentimetru jafu jirreżistu wkoll f’temperaturi li jlaħħqu l-150C. Dan apparti li kapaċi jirreżistu livelli ta’ radjazzjoni għoljin ħafna (sa 6200 Gy).

    Dr Rafael Alves Batista, riċerkatur fid-dipartiment tal-fiżika fl-Università ta’ Oxford, qal li l-mistoqsija li riedu jwieġbu kienet x’jeħtieġ biex tinqatel il-ħajja kollha fuq id-dinja. U għal Batista t-tweġiba hija waħda sempliċi. “Irridu nsibu xi ħaġa li kapaċi toqtol lit-tardigrades!

    Huwa żied jgħid li kuntrarjament għal din il-kreatura, ir-razza umana hija speċi sensittiva ħafna, aktar u aktar jekk wieħed jara t-teknoloġija li hemm tipproteġina.

    “Bidliet żgħar fl-ambjent ta’ madwarna jħallu impatt kbir fuq ħajjitna. Hemm ħafna aktar speċi ta’ ħajja fuq id-dinja li kapaċi tgħix aktar minnha f’sitwazzjonijiet katastrofiċi.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook