Waterpolo: I Diviżjoni: Draw ġust bejn Otters u Birzebbugia

  • Lul 16, 2017 19:23
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Otters................. 8

    Birzebbugia........ 8

    (2-3, 2-3, 2-2, 2-0)

    F’logħba mill-aktar bilan­ċjata u pjaċevoli, Otters u Birzebbugia spiċċaw fi draw ta’ 8-8.

    Tajjeb wieħed jirrimarka li Otters taw sfida denja lil Birzebbugia u żammew il-pass tagħhom matul il-partita kollha u b’hekk riżultat ta’ draw jsita’ jitqies bħala wieħed ġust.

    Birzebbugia rebħu l-ew­wel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 b’goals minn Simon Vassallo, Matthew Caruana u l-Ispanjol Sergi Mora.

    Min-naħa l-oħra għal Otters irrispondew il-Kroat Marko Jelaka permezz ta’ penalty u l-veteran Charlie Zammit.

    Otters ħarġu iktar aggressivi fil-ftuħ tat-tieni sessjoni u ġabu l-iskor indaqs minn Edward Meli iżda Simon Vassallo reġa’ poġġa lil Birzebbugia fil-vantaġġ qabel ma Marko Jelaka reġa’ stabilixxa l-parità.

    Wara dan il-goal tkeċċa għal kollox il-player Spanjol Sergi Mora ta’ Birzebbugia minħabba rimarki offensivi li għadda lejn ir-referee Taljan Carmelo Polimeni.

    David Pace Lupi reġa’ tefa’ lil Birzebbgia minn fuq biex Neil Cassar fetaħ distakk taż żewġ goals għat-team immexxi mill-coach Taljan, Marco Risso biex bħall-ewwel sessjoni, din is-sessjoni għalqet ukoll bl-iskor ta’ 3-2 favur Birzebbugia.

    Gabriel Mizzi naqqas il-marġni tal-iskor għall-goal wieħed biss biex kompla jikber l-anatagoniżmu sportiv bejn dawn iż-żewġ timijiet. 

    Andrew Sammut reġa’ fetaħ vantaġġ ta’ żewġ goals favur Birzebbugia biex l-istess player reġa’ skorja għat-team tiegħu minuta u nofs biss wara. Iżda Edward Meli reġa’ daħħal lill-kollegi tiegħu fil-partita.

    Il-Kroat Marko Jelaka sab ix-xibka wara żewġ minuti mill-ftuħ tar-raba’ sessjoni biex issa goal wieħed biss kien jifred liż-żewġ timijiet.

    U dan il-goal kellu jasal minuta biss wara permezz ta’ Edward Meli biex b’hekk il-partita ġustment intemmet fi draw ta’ 8-8.

    Otters:-1-Matthew Xerri, 2-Michael Borg Millo, 3-Andrew Magri, 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli (3), 6-David Dimech, 7-Gabriel Mizzi (1), 8-Marko Jelaka (3), 10-Charlie Zammit (1), 11-Max Borg, 12-Chris Teuma, 13-Joseph Sammut Coach: Erik Valter

    Birzebbugia: 1-David Abe­la, 2-Malcolm Manara, 3-Sergi Mora (1), 4-David Pace Lupi (1), 5-Ayrton Camenzuli, 6-Andrew Sammut (2), 7-Simon Vassallo (2), 8-Neil Cassar (1), 9-Gary Farrugia, 10-Matthew Caruana (1), 11-Kurt Gauci, 12-Otis Zammit, 13-Daniel Spiteri Coach: Marco Risso

    Referees: Carmeo Polime­ni, Alex De Raffaele

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0