Mazda MX-5 RF jingħataw l-akbar unur Red Dot

  • Lul 17, 2017 10:14
  • Miktub minn iNews

    •Il-premju “L-Aqwa mill-Aħjar”ippreżentat lill-verżjoni retractable fastback tal-MX-5 roadster

    •RF jirbħu s-sitt premju Red Dot għall-ġenerazzjoni KODO tal-Mazda, it-tieni wieħed għall-“ND” MX-5

    Essen / Leverkusen, 4 ta’ Lulju 2017. Mazda l-bieraħ filgħaxija telgħet mill-ġdid fuq il-podium fit-Teatru Aalto f’Essen fil-Ġermanja biex tirċievi l-Premju “Red Dot: L-Aqwa fost l-Aħjar” għall-Mazda MX-5 RF u l-KODO tagħha — id-disinn Soul of the Motion. Din kienet it-tieni darba għar-raba’ ġenerazzjoni “ND” MX-5 li rebħet l-ogħla unur waqt il-konkors annwali tar-Red Dot għad-disinn ta’ prodott. L-edizzjoni RF (retractable fastback), tal-Mazda kienet illanċjata fl-Ewropa aktar kmieni din is-sena u r-roadster leġġendarju tal-kumpanja rrepeta s-suċċess tal-verżjoni soft-top li fl-2015 rebħet l-istess unur.

    “Lilna tal-Mazda dan jagħtina sodisfazzjon kbir għall-isforz enormi li sar fl-RF,” ikkummenta Kevin Rice, id-direttur tad-disinn għall-Mazda fl-Ewropa, li aċċetta l-unur. “Il-ġenerazzjoni preżenti tal-MX-5 kienet eżerċizzju fl-innovazzjoni kemm fid-disinn kif ukoll fuq livell teknoloġiku biex b’hekk żammejna t-tradizzjoni ta’ aktar minn kwart ta’ seklu tal-Jinba Ittai, is-sewwieq u l-karozza ħaġa waħda. L-RF tieħu pass aktar ’il quddiem, u ttejjeb l-esperjenza għas-sid tal-karozza bl-istil fastback tagħha u l-flessibiltà ta’ saqaf  uniku li jista’ jinfetaħ u jingħalaq. Ir-riżultat bla dubju hu rendizzjoni eleganti tal-Jinba Ittai fl-MX-5 għall-istaġuni u s-sitwazzjonijiet kollha.”

    L-RF, f’għaqda immaġinattiva fil-forma u l-funzjoni, għandha power retractable hardtop ta’ tliet biċċiet li fis-sekwenza ta’ 13-il sekonda biex jinfetaħ jew jingħalaq joffri spettaklu fin innifsu. Dan iwassal għal coupè tajba għal kull staġun bl-ispirtu tax-xagħar itir fir-rih li spira l-”NA”  MX-5 oriġinali fl-1989. L-RF, bl-istess wiċċ aggressiv, qawwa u overhangs qosra, bit-teknoloġija SKYACTIV bħall-‘‘ND” soft-top, iwassal il-gost mistenni mis-sewwieqa tal-aktar two-seater li jinbiegħ fid-dinja.

    Il-ġurija ta’ 39 ruħ magħmula minn disinjaturi, professuri u ġurnalisti, taw l-unuri “L-Aqwa fost l-Aħjar” — li jingħata biss għall-aktar disinni eċċezzjonali —  lil 102 biss minn fost aktar minn 5,500 entraturi li daħlu għall-konkors Red Dot għad-disinn ta’ prodotti għal din is-sena. 

    Mazda issa rebħet sitt premjijiet Red Dot għall-mudelli tagħha bbażati fuq KODO: il-Mazda CX-3 u l-Mazda2 ġabru l-premjijiet fl-2015 (flimkien mas-soft-top MX-5) wara li l-Mazda 3 u l-Mazda6 rebħu rispettivament fl-2014 u fl-2013. Il-kriterji tal-kompetizzjoni Red Dot jinkludu l-innovazzjoni, il-funzjonalità, l-ergonomics, il-kontenut simboliku u emozzjonali, il-kwalità li tingħaraf mill-ewwel u kompatibbiltà ekoloġika.

    Il-prodotti li rebħu din is-sena, li kienu mqassma f’47 kategorija, inkludew karozzi u muturi, issa jkunu esebiti fir-Red Dot Design Museum f’Essen għal ħames ġimgħat u rebħu wkoll il-jedd li jġorru fuqhom is-simbolu Red Dot. Ir-Red Dot, waħda mill-ikbar kompetizzjonijiet għall-prodotti fid-dinja, bdiet fl-1955 mill-kumpanija Design Zentrum Nordrhein Westfalen ibbażata f’Essen.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0