Miżuri biex tkun ivverifikata l-età ta' dawk li jaċċessaw siti pornografiċi mis-sena d-dieħla

  • Lul 17, 2017 13:04
  • Miktub minn iNews

    Mis-sena d-dieħla n-nies tar-Renju Unit se jkollhom jivverifikaw li għandhom 18-il sena qabel jitħallew jaċċessaw siti pornografiċi.

    Is-siti mistennija li bil-liġi jkollhom sistema ta’ kif tkun ivverifikata l-età ta’ dak li jkun sa April tas-sena 2018 bħala parti mill-programm sabiex l-internet isir għodda aktar sigura għat-tfal. Persuni li jaċċessaw dawn is-siti mistennija jkunu mitluba dettalji u siti li jonqsu li jitolbuhom mistennija jkunu mblukkati.

    Il-Ministru għall-affarijiet diġitali Matt Hancock mistenni jibda l-proċess u dwar dan tenna li “dan kollu jfisser li filwaqt li kulħadd jista’ jgawdi l-libertà tal-internet, ir-Renju Unit mistennija jkollha waħda mill-aħjar miżuri ta’ protezzjoni fid-dinja.”

    Skont studju li sar fl-2016 mill-NSPCC irriżulta li l-pornografija tista’ tfixkel l-iżvilupp tat-tfal u li tolqot madwar 65% ta’ dawk it-tfal bejn il-15 u s-16-il sena u 48% ta’ dawk bejn il-11 u 16-il sena. L-istudju juri wkoll li 28% ta’ dawn it-tfal aċċessaw siti pornografiċi waqt li kienu qed ifittxu fuq l-internet, filwaqt li 19% l-oħrajn fittxew siti pornografiċi deliberatament.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook