Jintlemaħ f'wiċċ l-ilma f'Marsalforn... jitlef ħajtu ftit mumenti wara

  • Lul 17, 2017 13:56
  • Miktub minn iNews

    Illum għall-ħabta ta’ 11.45 a.m, raġel  ta’ 89 sena residenti San Pawl il-Baħar tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna wara li ntlemaħ minn xi nies mitluf minn sensih f’wiċċ l-ilma ġewwa l-bajja ta’ Marsalforn, Għawdex. 

    Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn iżjed tard huwa tilef ħajtu.  

    Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook