Aktar impenji mill-Banda Queen Victoria fil-Festi speċjali ad unur il-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq

  • Lul 17, 2017 16:25
  • Miktub minn iNews

    Akkademja Mużiko-Letterarja 

    Bħala parti minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet importanti, l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria se tippreżenta Akkademja Mużiko-Letterarja, ippreseduta mill-Provinċjal P. Alessandro Vella O.Carm, nhar it-Tnejn, 17 ta’ Lulju, fis-6.30p.m.

    Kif jixraq, fl-Akkademja “175 Sena Fostna” tieħu sehem ewlieni l-Banda Queen Victoria taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur  Mro Alfred Farrugia, bil-parteċipazzjoni tas-Sopran Claire Caruana, it-Tenur Joseph Aquilina, il-Baritonu Alfred Camilleri, u l-Coro Bel Canto taħt it-tmexxija tas-Surmast Hermann Farrugia Frantz. Il-parti letterarja tinkludi fost oħrajn diskorsi dwar il-parrokat u l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.

    Kulħadd huwa mistieden jattendi fil-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq għal din l-Akkademja Mużiko-Letterarja, li se tkun ppreżentata minn Keith Demicoli. Id-dħul se jkun bla ħlas.

    Programm mużikali annwali fuq il-planċier

    L-Għaqda Karmelitana taż-Żurrieq ħejjiet ukoll programm sħiħ ta’ marċi brijużi u programmi mużikali kemm mill-Banda Queen Victoria kif ukoll minn baned oħra mistiedna tagħha. Iżda bħas-soltu, l-aktar mistenni se jkun il-Programm Vokali u Strumentali Annwali tal-Banda Queen Victoria. Din is-sena dan il-programm se jsir nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Lulju, f’Misraħ ir-Repubblika, fid-9.15p.m.

    Flimkien mal-Banda Queen Victoria, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Alfred Farrugia, jieħdu sehem iż-Żeffiena tal-Protouchdance School, il-kantanta Corazon, il-Coro Bel Canto u l-Queen Victoria Pipes and Drums. Jippreżenta l-programm Alfred Camilleri. Il-Gran Final se jkun jinkludi logħob tan-nar maħdum mill-Mt. Carmel Fireworks Factory.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0