Mhux ħati li hedded raġel li kien se joqtlu

  • Lul 25, 2017 20:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri, irriformat sentenza tal-Ewwel Qorti u lliberat lil Terence William Zammit ta’ 43 sena mill-akkużi li kkaġuna ħsara involontarja fuq vettura ta’ raġel ieħor u li permezz ta’ imejl heddu li kien se joqtlu, fuq nuqqas ta’ provi.

    Terence William Zammit kien mixli fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) li fil-jiem, ġimgħat u xhur qabel il-21 ta’ Ġunju 2016, permezz ta’ rapport magħmul lill-Pulizija, akkuża lil David Edward Xerri b’reat li jikkonsisti f’allegazzjoni li jumejn qabel, kellu fil-pussess tiegħu xi forma ta’ droga jew mediċina projbita oħra. Dan fil-waqt li kien jaf li kien jaf li Xerri ma kienx ħati tal-akkuża insinwata kontra tiegħu. 

    Huwa kien mixli wkoll li fl-istess jum, ikkommetta ħsara volontarja fuq il-vettura ta’ Xerri u li permezz ta’ e-mail heddu li kien se joqtlu u nsulentah. 

    Akkużi oħrajn fil-konfront tiegħu jgħidu li ġab ruħu b’mod li ta fastidju lil Xerri u ġab ruħu b’mod li l-imġiba tiegħu kkaġunat lill-istess Xerri biża’ li se tintuża vjolenza kontra tiegħu jew kontra l-proprjetà tiegħu. 

    William kien instab ħati mill-Ewwel Qorti tat-tieni u t-tielet imputazzjoni biss u kien ikkundannat ħames xhur ħabs sospiżi għal sena u rabtitu b’garanzija personali fil-konfront ta’ David Edward Xerri taħt penali ta’ €2,000 għal żmien sena. Il-Qorti kien ordnat lill-imputat biex iħallas lil Xerri s-somma ta’ €325. Sussegwentament, huwa appella minn din is-sentenza.

    Mill-fatti jirriżulta li nhar il-21 ta’ Ġunju 2016, Xerri mar jirrapporta l-għassa tar-Rabat, Għawdex, li jumejn qabel kellu l-karozza pparkjata fit-triq u l-għada filgħodu meta mar għall-karozza tiegħu nnota li fuq il-karozza kien hemm xi grif fond forma ta’ salib fuq il-bieba n-naħa tax-xufier. Huwa kien issuspetta fl-imputat li meta kellmuh il-Pulziija ċaħad li kien barax il-karozza ta’ Xerri. 

    Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Appell qalet li ma tirriżulta ebda prova skont il-liġi li l-imputat ikkaġuna l-grif fuq il-vettura ta’ Xerri. Il-“prova” tat-tieni imputazzjoni li fuqha tistrieħ il-Prosekuzzjoni tikkonsisti f’dak li t-tifla ta’ bint Carol Ferguson qalet lil ommha Anna Marie Zammit u din imbagħad irrakkontatu lil Carol. 

    Fir-rigward tat-tielet imputazzjoni, li tirrigwardja theddid, insulti u tgħajjar lil Xerri permezz ta’ imejl datata 21 ta’ Ġunju 2016, jirriżulta li ma ġiet esebita ebda imejl bid-data msemmija fit-taħrika. Li ġew esebiti kienu żewġ imejls u ma saret ebda prova kif trid il-liġi li dawn kienu ntbagħtu mill-imputat.

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti rriformat is-sentenza appellata u lliberat lil Terence William Zammit minn kull ħtija u piena. Zammit kien assistit mill-Avukat Daniel Calleja. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0