Pellegrinaġġ bil-muturi fil-festa ta’ Santa Marija

  • Aww 07, 2017 09:00
  • Miktub minn iNews

    Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar it-Tlieta 15 ta’ Awwissu 2017 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi għal Ħad-Dingli u jispiċċaw l-Imġarr. 

    L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi dedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.  

    Is-sewwieqa tal-muturi jinġabru fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fit-8.30 a.m. Hemmhekk huma mistiedna jagħtu donazzjoni għall-bżonnijiet tal-istess dar li toffri għadd ta' servizzi għall-persuni b'diżabilita'.  Fid-8.45 a.m. l-pellegrinaġġ jitlaq għal Ħad-Dingli fejn issir waqfa qasira ħdejn il-knisja.  

    Il-pellegrinaġġ jissokta lejn l-Imġarr fejn hu stmat li jasal għall-ħabta tal-10.00 a.m.  Il-muturi jiġu pparkjati fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali tal-Imġarr u jsir it-tberik tagħhom u tas-sewwieqa li jingħataw tifkira tal-okkażjoni.  Min jixtieq jista' jieħu sehem fil-quddiesa fil-knisja tal-Imġarr stess li tibda fl-10.30 a.m. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0