FILMAT: "Jieklulu saqajh" wara li niżel fil-baħar biex itaffi ftit l-uġigħ!

  • Aww 07, 2017 11:38
  • Miktub minn iNews

     Missier ta’ żagħżugħ minn Melbourne jista’ jkun il-bniedem li skopra r-raġuni wara xena li ħalliet lit-tobba mħawdin.

    Milli jidher iż-żagħżugħ Sam Kanizay li għandu 16-il sena ħass xi uġigħ f’siequ wara logħba futbol u ddeċieda li jmur sal-baħar. Huwa spjega kif minkejja li ħass xi tingiż, iddeċieda li jissaportih għax ħaseb li kien ġej mill-uġigħ li kien qiegħed iħoss qabel, iżda wara ftit iddeċieda li ma setax jissaporti dak l-uġigħ kollu.

    Kif ħareġ mill-ilma skopra li kien miksi bid-demm u hekk kif dan baqa’ jnixxi, missieru ħadu l-isptar fejn lanqas it-tobba ma setgħu jifhmu x’kien ġara. Il-missier iddeċieda li jinvestiga hu u għalhekk aktar tard mar bil-kopp u hekk kif niżżlu fl-ilma baħar b’xi biċċiet tal-laħam fih irnexxielu jtella’ ammont ta’ kreaturi żgħar attirati mil-laħam.

    Meta t-tobba qalulu li f’saqajh hemm mijjiet ta’ toqob żgħar ħafna huwa qalilhom d’dak li kien irnexxielu jiskopri u b’hekk issa l-kreaturi żgħar qegħdin jiġu eżaminati.

    Iż-żagħżugħ qal li hu se jkun qiegħed juża l-pixxina bħala parti mir-rijabilitazzjoni tiegħu, iżda żied jgħid li din l-esperjenza mhijiex se twaqqfu milli jgħum fil-bajjiet.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0