Absolut tiċċelebra is-solstizju tas-sajf f’Malta

  • Aww 07, 2017 12:57
  • Miktub minn iNews

    Il-jum tal-bidu tas-sajf, jew is-solstizju, ilu jiġi ċċelebrat madwar id-dinja sa mis-seklu 12. Bħala waħda mill-aktar ritwali tradizzjonali pagani, is-solstizju jfakkar l-itwal jum fl-emisfera ta’ fuq.

    Aktar minn f’kull pajjiż ieħor, din iċ-ċelebrazzjoni hija importanti ħafna fl-istati Nordiċi fejn il-jiem qosra u mudlama tax-xitwa jintesew u posthom joħduh il-jiem sħan u mdawla tas-sajf bil-frott u l-ħxejjex li jinqatgħu f’dan iż-żmien.

    Madwar id-dinja, l-Iżvediżi jiċċelebraw dan il-jum billi jinġabru jiżfnu, jieklu u jixorbu. F’Malta, l-marka Absolut Vodka ngħaqdet ma’ Stil Promotions u Medasia Playa fil-bidu tas-sajf biex tgawdi dan il-jum mal-Iżvediżi kif ukoll mal-Maltin. Din iċ-ċelebrazzjoni ma tkunx kompluta jekk ma tikolx u ma tkantax waqt li tixrob.

    F’dan l-avveniment tnediet ukoll l-Absolut Lime, vodka b’togħma friska ta’ lime magħsura, magħmula b’ingredjenti naturali. L-Absolut Lime hi l-prodott perfett għal xarba rifreskanti li tintiegħem tajba daqs cocktail magħmul minn xi ħadd espert.

    Għal aktar dettalji dwar l-avveniment tas-solstizju u l-Absolut Lime, idħol fis-sit: https://www.facebook.com/Absolut.Malta.

    L-Absolut hi impurtata, irreklamata u mqassma minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0