Kuntistabbli jixtrilu l-qmis, l-ingravata u l-par kalzetti li prova jisraq

  • Aww 07, 2017 21:22
  • Miktub minn iNews

    Ħalliel li nqabad jisraq xi ħwejjeġ sabiex imur japplika għax-xogħol ingħata ċans ieħor mill-pulizija li ntervjena biex jarrestah f’ħanut fil-Kanada.

    Il-kuntistabbli Niran Jeyanesan qal li żagħżugħ ta’ 18-il sena nqabad jisraq qmis, ingravata u par kalzetti, iżda kif intervjena nduna li dan kellu bżonnhom bit-tama li jibda ħajja ġdida.

    Huwa żied jgħid li ż-żagħżugħ kien qiegħed jaffaċċja problema finanzjarja u li prova jisraq dawk il-ħwejjeġ biex forsi jkun jista’ japplika għal xi xogħol sabiex ikun jista’ jgħin lill-familja tiegħu finanzjarjament.

    Is-Surġent Paul Bois faħħar lill-kuntistabbli għall-eżempju tiegħu u qal li l-għażla li għamel kienet waħda eżemplari. Żied jgħid li mhuwiex fl-interess tal-pulizija li titfa’ lil kulħadd il-ħabs u li f’dan il-każ iż-żagħżugħ jista’ jpatti tal-iżball ġenwin tiegħu billi jgħin lil tal-familja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook