FILMAT: Jagħti rigal SPEĊJALI lil nanntu ta' 98 sena

  • Aww 09, 2017 08:59
  • Miktub minn iNews

    Filmat li ġibet is-simpatija ta’ ħafna nies minn madwar id-dinja juri raġel mill-Istati Uniti jagħti rigal speċjali lil nanntu ta’ 98 sena f'għeluq snina.

    Fil-filmat tidher l-anzjana li mal-vuċi sabiħa tan-neputi tagħha spiċċat maħkuma minn emozzjoni kbira tant li tidher timsaħ id-dmugħ.

    Ash Ruiz qal “Għandi memorji sbieħ ta’ nannti, in-nanna li bil-vuċi sabiħa tagħha kienet tiġbed l-attenzjoni ta’ min jismaha… Meta kelli biss tmien snin għallmitni kif nkanta d-diska ‘Unforgettable’ ta’ Nat King Cole għax dik kienet id-diska favorita tagħha u għalhekk ta’ kull sena nkantahiela bħala rigal.”

    Huwa żied jgħid li nanntu fl-aħħar snin ma kinitx għadha tiflaħ tkanta b’dik il-vuċi u għalhekk iddeċieda li jżomm mat-tradizzjoni u kemm jekk preżenti kif ukoll bl-għajnuna tal-mezzi tat-telekomunikazzjoni, ta’ kull sena jkantalha d-diska li tant tħobb.

    Ash qal li l-messaġġ wara dan il-filmat huwa dwar kemm hi ħaġa sabiħa li nibqgħu nirrispettaw lil dawk li jħobbunha, speċjalment l-anzjani.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook