Il-Famille Hugel f’Għawdex

  • Aww 09, 2017 10:34
  • Miktub minn iNews

    Marc André Hugel, ir-rappreżentant tat-13-il ġenerazzjoni tal-Famille Hugel dan l-aħħar kien Għawdex biex jospita ċena fir-restorant popolari Ta’ Frenċ. Il-Head Chef Mario Schembri b’ħila kbira ħejja menù appetituż ta’ 8 platti li kienu mqabbla tajjeb ferm mill-maître d’ Joseph Tabone.

    Il-familja dinamika Hugel hija rinomata għall-passjoni u l-viżjoni moderna. Ġejja mill-qalba tal-villaġġ pittoresk iffortifikat ta’ Riquewihr, il-familja kisbet fama mill-aqwa mad-dinja għall-inbejjed Alsace tagħha. Dawn huma esportati f’aktar minn 100 pajjiż u ħafna drabi l-isem ‘Alsace’ huwa sinonimu ma’ ‘Hugel’. Il-familja Hugel hi magħrufa għall-ħila tagħha li tgħaqqad it-tradizzjoni mal-innovazzjoni u dan l-aħħar introduċiet inbejjed ġodda b’tikketti moderni li jiġbdu aktar l-attenzjoni fuq il-familja Hugel u d-dwieli tagħhom.

    Marc André jemmen li l-mod perfett kif tista’ tibda dieħel fid-dinja ta’ Hugel huwa bil-Gentil. Għalhekk, l-ikla bdiet b’dan l-inbid tal-vendemmja tal-2015, li jinkludi kalejdoskopju ta’ xejriet aromatiċi; mill-inbid suave għal dak pikkanti ta’ Gewurztraminer, il-palat tal-Pinot Gris, ir-raffinezza tar-Riesling, it-togħma bnina tal-għenba Muscat, u l-karattru rifreskanti tal-Pinot Blanc u s-Sylvaner.  

    Wara tqassam il-Gerwürtztraminer Estate tal-għażla l-ġdida “parcellaire" mill-artijiet prestiġjużi ta’ Riquewihr. Ħafna mill-artijiet magħżula mill-familja Hugel għall-produzzjoni ta’ dan l-inbid il-ġdid qed jinbidlu f’għelieqi organiċi għall-vitikultura. Il-ħamrija taflija unika ta’ Riquewihr, fir-reġjun ta’ Sporen u madwaru, tagħti karatteristika qawwija lill-għeneb imkabbar f’dan ir-raba’. Dan huwa tabilħaqq inbid rikk, magħmul b’passjoni u b’paċenzja kbira.

    Filwaqt li ppreżenta l-Grossi Laüe Pinot Noir 2010 tal-familja tiegħu, Marc André spjega li aktar minn nofs il-61 ettaru ta’ art agrikola ta’ Hugel, issa jinsabu f’dawk li l-familja Hugel issejħilhom il-vinji ta’ Grossi Laüe. Il-vinji Schoenenbourg Grossi Laüe u Sporen Grossi Laüe huma, b’mod partikolari, l-għelieqi tad-dwieli rinomati għar-Riesling u l-Gerwürtztraminer, kif ukoll għall-Pinot Gris u l-Pinot Noir.  

    L-ispeċjalitajiet tal-Famille Hugel jinkludu l-Vendange Tardive magħmul b’għeneb li jinqata’ tard affettwat mill-botrytis. Il-Vendange Tardive jew l-inbejjed li l-ħsad tal-għeneb tagħhom huwa waħħari nistgħu ngħidu li huma l-“ġojjelli ħelwin” tar-reġjun ta’ Alsace u, b’mod partikolari, tal-familja Hugel. Kien Jean Hugel stess li fassal il-linji gwida għall-produzzjoni tal-Vendange Tardive li mbagħad saru liġi fl-1984. Din hija liġi stretta u tagħti d-dettalji fuq diversi fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati bħal-livelli taz-zokkor u l-alkoħol, id-dikjarazzjoni tal-vendemmja, u t-teknika tal-vinifikazzjoni. Għal tmiem iċ-ċena ntgħażel Gerwürtztraminer Vendange Tardive 2000 mill-kantina mdaqqsa ta’ Ta’ Frenċ.

    Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited timporta u tqassam l-inbejjed tal-Famille Hugel f’Malta. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0