TUM Invest u V&C jagħtu karozza biex jinġabru fondi lill-Community Chest Fund

  • Aww 09, 2017 17:07
  • Miktub minn iNews

    Il-kumpaniji TUM Invest u V&C Contractors taw b'donazzjoni karozza ġdida fjamanta tat-tip Fiat Panda li ttellat f'lotterija li l-flus li nġabru marru għall-Community Chest Fund.

    Il-karozza ntrebħet waqt ikla li saret fil-ġonna tal-Palazz Verdala fil-Buskett nhar il-Ħamis li għadda taħt il-Patronċinju tal-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għall-Iżvilupp u Propjeta Chris Agius. 

    Il-qliegħ kollu mill-ikla li ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżvilupp, u kellha attendenza ta' madwar 700 ruħ, mar ukoll għall-Community Chest Fund.

    Id-Diretturi ta' TUM Invest u ta' V&C Contractors, li huma żewġ kumpaniji ewlenin fis-settur tal-iżvilupp f'pajjiżna, kellhom sodisfazzjoni kbir li taw din il-karozza ġdida Fiat Panda b'donazzjoni biex setgħu inġabret somma sabiħa li marret għall-Community Chest Fund.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook