Henna tattoo li minn temporanja spiċċat permanenti minħabba allerġija

  • Aww 10, 2017 12:00
  • Miktub minn iNews

     

    Chloe Goodwin, tfajla ta’ 20 sena spiċċat bi tbajja’ wara li tħajjret tagħmel henna tattoo b’linka sewda waqt li kienet fuq btala fil-Bulgarija.

    Henna tattoos huma popolari ħafna mat-turisti minħabba li huma temporanji, iżda mhux l-istess jista’ jingħad għal Chloe li spiċċat bi tbajja permanenti wara li l-affarijiet ma marrux kif kien ippjanat.

    Chloe qalet li “Kollox kien jidher normali u kont kuntenta biha, iżda hekk kif bdiet titlaq il-linka beda ġej ħruq li beda jdejjaqni.”  

    Hija marret taghħmel xi testijiet u t-tobba qalulha li l-linka sewda ħolqot reazzjoni kimika u b’hekk it-tebgħa hija waħda li se tibqa’ permanenti.

    Esperti li kkumentaw dwar dan qalu li henna tattoo magħmula b’linka sewda tinkludi ċertu kimika li tgħin biex joħroġ kulur daqshekk skur, iżda sfortunatament din tista’ tikkawża ħruq u reazzjonijiet xejn pjaċevoli.

    Żiedu jgħidu li henna tattoo preferibbilment issir b’linka oranġjo, l-aktar kulur sigur.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0