FILMAT: Arrestat ir-raġel suspettat li mbotta mara għal taħt karozza tal-linja

  • Aww 10, 2017 18:55
  • Miktub minn iNews

     

    Raġel suspettat li imbotta mara għal quddiem karozza tal-linja f\Putney Bridge kien arrestat wara li lbieraħ inxtered il-filmat tiegħu jagħmel dan fid-dawl tax-xemx.

    Is-suspettat huwa raġel ta’ 50 sena li nstab f’żona residenzjali f’Chelsea. Minkejja li r-raġel kien meħlus wara ftit tal-ħin, l-inkjesti dwar il-każ għadhom għaddejjin.

    Fil-filmat li nġibed minn kamera tas-sigurtà nhar il-5 ta' Mejju tidher il-mara ta’ 33 sena li ħelsitha ħafif hekk kif ix-xufier irnexxielu jagħmel manuvra ta’ malajr biex jevitaha.

    Skont ma’ ntqal ir-raġel suspettat baqa’ jiġri sakemm ftit tal-minuti wara reġa’ dar u kompla jiġri fuq in-naħa l-oħra tat-triq u meta kkonfrontat mill-istess mara huwa ċaħad li qatt raha qabel.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook