FILMAT: Tħobb ittella' sieqek fuq id-dashboard? ... "Dakinhar tal-inċident jien tlift kollox... nappella biex ħadd ma jiġrilu bħali!"

  • Aww 11, 2017 12:02
  • Miktub minn iNews

    "Żewġi u binti ma ġralhom xejn jien tlift kollox!"

    Omm qiegħda xxerred ritratti sabiex turi lin-nies ir-raġuni għalfejn dawn m’għandhom qatt itellgħu saqajhom fuq id-dashboard tal-karozza.

    Audra Tatum spiċċat b’diżabbilità permanenti wara inċident li ħallieha b’żewġ viti fl-għaksa, tnejn oħra f’ġenbha u nieqsa mill-abbilità li żżomm aktar minn erba’ sigħat bilwieqfa.

    Dakinhar tal-inċident, kif ħareġ l-airbag sieqha spiċċat f’wiċċha u spiċċat b’diversi ksur. Fil-karozza kienu hi, żewġha u binthom. Fortunatament ħadd mit-tnejn l-oħra ma’ ġarrab ġrieħi.

    Żewġha qal li hu kemm il-darba qalilha li ma jieħux pjaċir jaraha tagħmel sieqha fuq id-dashboard, iżda hi kienet tippreferi tagħmel fattiha.

    Il-messaġġ tal-mara huwa wieħed ċar daqs il-kristall “Tħallix nies jirkbu miegħek u jagħmlu hekk u aktar u aktar int qatt tagħmel hekk! Jiena diżabbli ta’ 31 sena. Żewġi u binti ma weġġgħux, iżda jien tlift kollox minn dakinhar!”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0