"Aħna se naħqru ż-żiemel li jqallagħna l-ħobża ta' kuljum?"... Araw x'tip ta' nies egoist nħabbtu wiċċna magħhom aħna!

  • Aww 11, 2017 16:23
  • Miktub minn iNews

     “Araw b’għajnejkom ma’ liema kwalità ta’ nies egoisti nħabbtu wiċċna aħna… ngħajjew naraw kitbiet fuq is-siti soċjali li jgħidu li aħna naħqru l-annimali u meta nċemplu biex nirrapurtaw dawn l-illegalitajiet bilkemm ma nkunux injorati.” Hekk bagħat jiktbilna wieħed mill-kuċċiera Maltin. 

    Huwa kompla billi jgħid li għalkemm sfortunatament baqa’ xi individwi li ma jħarsux id-drittijiet tal-żiemel li jqallagħhom il-ħobża ta’ kuljum, tista’ tgħid li llum kważi l-kuċċiera kollha jieħdu ħsieb iż-żwiemel tagħhom billi jġorru l-ilma u dak kollu neċessarju waqt il-vjaġġi li jagħmlu.

    “Inti jidhirlek li jien se nħalli ż-żiemel bil-għatx jew fix-xemx f’dawn it-temperaturi? Min qal li aħna nħallu ż-żwiemel bil-għatx u fix-xemx ġurnata sħiħa nassigurak li ma jafx x’qiegħed jgħid għax kieku ż-żiemel ma jkunx jiflaħ dik il-ġurnata f’dawn it-temperaturi.”

    L-istess kuċċier temm jgħid ma’ inewsmalta li ikun ferm egoist dak il-bniedem li biex iħalli l-karozza tiegħu għad-dell, iħalliha taħt dawn it-tined li jservu ta’ kenn għal dawn iż-żwiemel li mhux biss huma mfittxija immens mit-turisti, iżda saħansitra jfissru l-għajxien ta’ bosta kuċċiera Maltin u Għawdxin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0