“Il-pornografija se tkun waħda mill-ikbar problemi soċjali fiż-żmien li ġej”

  • Aww 11, 2017 11:19
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li sostna li l-pornografija se tkun waħda mill-ikbar problemi soċjali li se tolqot lis-soċjetà tagħna fiż-żmien li ġej, il-psikologu Dr Matthew Berry tenna li l-pornografija tikkaġuna ħsarat kemm fir-relazzjonijiet kif ukoll fiż-żwieġ.

    Huwa stqarr dan meta kien qed jindirizza sessjoni ta’ taħriġ dwar il-vizzji għall-istaff tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon.

    Fid-diskors tiegħu, Dr Berry wissa li jekk il-ġenituri ma jkunux tkellmu mat-tfal dwar pornografija sakemm dawn ikunu għalqu l-11-il sena, ħaddieħor jista’ jkun li kellimhom diġà dwar dan.

    Huwa fisser kif l-alkoħol u d-droga mhumiex l-unika żewġ vizzji li jista’ jkollu l-bniedem, iżda hemm wkoll vizzji oħrajn fosthom is-sess. Qal li fejn qabel fil-passat, il-vizzju tas-sess kien wieħed limitat, illum il-ġurnata dan huwa ferm aktar aċċessibbli minħabba l-internet.

    Il-kelliem semma wkoll kif “f’ħafna mill-pajjiżi żviluppati” iżjed minn nofs l-adulti għandhom piż żejjed. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook