Is-Saudi Hawks jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Malta International Airshow

  • Aww 11, 2017 11:34
  • Miktub minn iNews

    Din hija l-ewwel darba li se naraw dan it-tim fl-Airshow Malti

    Is-Soċjetà tal-Avjazzjoni Maltija b’tifħir tħabbar il-parteċipazzjoni tas Saudi Hawks
    mir-Royal Saudi Air Force li se jkunu qed jieħdu sehem fil-25 edizzjoni tal-Malta International Airshow bejn it-23 u l-24 ta’ Settembru, 2017.

    Is-Saudi Hawks Aerobatic Display Team se jkunu qed jesebixxu il-ħiliet tagħhom waqt il-wirja tal-ajru tal-Airshow, waqt li l-pubbliku ġenerali se jkollu l-opportunità li jiltaqa’ mal-piloti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Din se tkun l-ewwel darba li dan it-tim se jieħu sehem f’Airshow lokali. 

    It-tim ġie mwaqqaf fl-1998 u huwa bbażat f’ King Faisal Air Base fil-Belt ta’ Tabuk. Il-kuluri vibranti ta’ dawn l-ajruplani ġew ispirati mill-bandiera nazzjonali tal-Għarabja Sawdija, kif fil-fatt huwa diffiċli li ma tinnutax il-kuluri ħodor u bojod li bihom dawn huma miżbugħa. 

    Dan it-tim itir b’ajruplan BAE Hawk Mk65 li hu mmodifikat apposta u mgħammar bi smoke generators. 

    Waqt l-esebizzjoni, it-tim se jkun qed juri xi wħud mill-manuvri ikoniċi tagħhom, fosthom waħda magħrufa bħala ‘The Logo’, li biha rnexxielhom jiksbu Guinnuess World Record għall-ikbar logo pinġut fis-sema. Waqt din il-manuvra straordinali, l-ajruplani kollha se jkunu qed ipinġu l-emblema nazzjonali tagħhom fis-sema, b’siġra tal-palm b’żewġt ixwabel li jirraprżentaw il-prosperità u l-ġustizzja. 

    Wara t-Turkish Stars u l-Iswiss PC-7 Team, is-Saudi Hawks huma t-tielet tim akrobatiku li hu kkonfermat għall-25 edizzjoni tal-Malta International Airshow li fih se jinkludi iktar minn 40 ajruplan differenti li se jkunu qed jipparteċipaw kemm fil-wirja statika u dik akrobatika. 

    S’issa il-parteċipanti li se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni se jkunu ġejjin minn seba’ pajjiżi differenti. 

    Il-pubbliku ġenerali hu mistieden biex iżur l-Airshow Grounds ġo Ħal Luqa fejn it-tfal u dawk dilettanti tal-avjazzjoni jistgħu jaraw diversi ajruplani differenti mill-qrib, saħansittra anka jidħlu ġo xi ftit minnhom, waqt li jiltaqgħu mal-piloti, inġiniera u l-ekwipaġġ.

    Il-ħlas tad-dħul se jkun dak ta’ €10, waqt li t-tfal taħt l-14 –il sena se jkunu jistgħu jidħlu b’xejn meta jkunu akkumpanjati minn adult li jixtri biljett tad-dħul. 

    Il-wirja se tkun mtellgħa wara nofsinhar quddiem SmartCity fix-Xgħajra, bla ħlas.  

    Il-hashtag uffiċjali tal-Malta International Airshow hija #MAS25. Dan l-avveniment hu organizzat mis-Soċjetà tal-Avjazzjoni Maltija. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0