Riċetti tat-tabib ripetuti għal inqas skariċċ

  • Aww 11, 2017 20:11
  • Miktub minn iNews

    It-tobba tal-familja privati se jibda jkollhom il-fakultà li jiktbu lill-pazjenti tagħhom riċetti tat-tabib ripetuti għal sitt xhur.

    Il-pazjenti b’mard kroniku u li għandhom il-kartuna safra fil-preżent jiktbu riċetta tagħhom kull xahrejn. B’din is-sistema se jkunu jistgħu jkollhom tliet riċetti kull darba u b’hekk jekk il-kundizzjoni tagħhom tkun stabbli, ma jkollhomx għalfejn imorru għar-riċetti kull xahrejn, iżda darbtejn fis-sena.

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li f’pajjiżna hawn mal-150,000 persuna li għandhom mard kroniku u jġibu l-mediċini b’xejn bis-sistema tal-POYC.

    “Din is-sistema ta’ riċetti ripetuti bdejnieha l-ewwel fost it-tobba taċ-ċentri tas-saħħa. Ir-rispons għaliha kien tajjeb ħafna. Mhux biss naqqasna l-iskariċċ għan-nies, iżda anke t-tobba setgħu jqassmu ħinhom aħjar,” qal il-Ministru Chris Fearne.

    Il-Ministru Fearne qal li fiċ-ċentri tas-saħħa kienet introdotta wkoll sistema ta’ riċetti tat-tabib kompjuterizzati u matul l-aħħar sena inkitbu ’l fuq minn 70,000 riċetta tat-tabib kompjuterizzata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook