Prezz speċjali biex iżżur siti ta' Heritage Malta

  • Aww 11, 2017 15:47
  • Miktub minn iNews

    Prezz imraħħas għall-mużewijiet ta’ Heritage Malta u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella

    Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, Heritage Malta u l-Kumitat Amministrattiv tac-Ċittadella se jiftħu l-erba’ mużewijiet fiċ-Ċittadella kif ukoll iċ-Ċentru tal-Viżitaturi għall-prezz imraħħas ta’ €2 kull persuna. 

    L-erba’ mużewijiet ta’ Heritage Malta inklużi għal din l-okkażjoni huma l-Mużew tal-Arkeoloġija t’Għawdex, il-Ħabs l-Antik, il-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex, u d-Dar Storika tal-Gran Castello.

    Il-biljetti bi prezz imraħħas, validi għal din il-ġurnata biss, jistgħu jinxtraw mis-siti msemmija hawn fuq, inkluż iċ-Ċentru tal-Viżitaturi, minbarra mill-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex.

    Għal iktar tagħrif dwar mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta kif ukoll dwar attivitajiet organizzati mill-aġenzija nazzjonali, żur il-website  www.heritagemalta.org. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook