L-GħĠS tiltaqa' mas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima

  • Aww 11, 2017 16:00
  • Miktub minn iNews

    F’laqgħa kordjali ħafna li saret fil-bini tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-Floriana, l-Għaqda Ġurnalisti Sport iltaqgħet flimkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Clifton Grima, u mas-segretarju privat tiegħu, Chris Bonett. 

    Dr Grima beda billi qal li huwa ta’ unur kbir għalih li qed jilqa’ lill-ġurnalisti f’dik li sejħilha d-dar naturali tagħhom waqt li tenna li l-bieb se jkun dejjem mifuħ għar-rappreżentanti tal-Għaqda Ġurnalisi Sport  li tant taħdem għall-akbar ġid tal-isport f’pajjiżna.

    Is-Segretarju Parlamentari sostna li huwa ta’ unur kbir għalih li kien qed jilqa’ lil-ġurnalisti sportivi speċjalment għall-fatt li huwa ġej mill-isport li huwa parti ntegrali minn ħajtu. 

    Huwa qal li ma kellux problemi biex isir jaf lil-ġurnalisti li jiffurmaw parti mill-Eżekuttiv tal-ta’ din l-Għaqda għax ħafna minnhom jafhom minħabba li huwa persuna midħla sew tal-isport fejn fil-passat okkupa karigi importanti fl-amministrazzjoni tal-isport fosthom dik ta’ viċi-president ta’ Sliema Wanderers.

    Dr Grima aċċenna li fil-futur qrib jixtieq li jkun hemm kollaborazzjoni akbar fejn jidħol is-Segretarjat immexxi minnu u l-Għaqda Ġurnalisti Sport. 

    Min-naħa tiegħu,  il-president tal-Għaqda Ġur­nalisti Sport, Sandro Micallef, saħaq li l-Għaqda mmexxija minnu tixtieq li jkollha l-aqwa relazzjoni possibbli mas-Segretarjat tal-Isport. 

    Huwa afferma kif l-Eżekuttiv huwa kompost minn persuni ta’ etajiet differenti li jirrapreżentaw l-media houses kollha ta’ pajjiżna. Is-Sur Micallef qal li l-Għaqda tinsab ferm kuntenta li s-Segretarjat tal-Isport qed jiġi mmexxi proprju minn Dr Grima li huwa persuna ferm żagħżugħa b’ideat moderni u li għandu għal qalbu ferm l-isport.

    Il-president tal-Għaqda tenna li jinsab ċert li meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni dan kollu, m’hemmx dubju li l-futur tal-isport se jkun wieħed sabiħ għax bid-dinamiżmu li għandu Dr Grima se jkun qed jegħleb il-barrieri kollha u li kapaċi jifhem aktar il-problemi  meta jiltaqa’ ma’ diversi atleti żgħażagħ. 

    Intant, ir-rappreżentanti tal-Għaqda Ġurnalisti Sport għal din il-laqgħa kienu Sandro Micallef (president), Clinton Buhagiar (viċi-president), Antvin Monseigneur (segretarju ġenerali) Mark Muscat (teżorier) u l-membri fl-Eżekuttiv, Cristian Muscat, Joanna Camilleri, Lorraine Cunningham, Joanna Camilleri u Stewart Said. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook