Francis Zammit Dimech se jkun kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019

  • Aww 11, 2017 18:47
  • Miktub minn iNews

    Dan se jkun eżami importanti kemm personali kif ukoll għall-Partit Nazzjonalista 

    Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, l-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech ħabbar uffiċjalment li se jerġa’ jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir fl-2019.  Huwa enfasizza kif dan “se jkun eżami elettorali importanti fuq livell personali kif ukoll importanti għall-Partit Nazzjonalista. Se jkun il-proċess fejn il-poplu jerġa’ jmur jivvota biex jinħatru s-sitt MEPs li se jirrappreżentawh fil-Parlament Ewropew.”

    Zammit Dimech ħabbar dan waqt attivitá li saret għall-attivisti u voluntiera, fejn matulha rringrazzja lil dawk kollha preżenti għall-ħidma fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2013 u fejn elenka l-ħidma u l-preparamenti li jinsab għaddej bihom bħalissa sabiex meta jerġa’ jiftaħ il-Parlament Ewropew, aktar tard dan ix-xahar, jkun jista’ jibda’ bil-ħidma politika tiegħu. 

    Francis Zammit Dimech spjega kif il-Parlament Ewropew jirrappreżenta lill-popli kollha Ewropej li huma membri tal-Unjoni Ewropea u għalhekk huwa wkoll parlament tal-Maltin u l-Għawdxin. Saħaq li huwa d-dover tiegħu bħala Ewroparlamentari, li jkun il-vuċi tal-poplu Malti fil-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista fil-grupp tal-Partit Popolari Ewropew. Enfasizza li l-ħidma politika tiegħu se tissarraf biex l-interessi tal-Maltin ikunu minsuġa fil-proġett Ewropew. 

    Zammit Dimech għamel referenza wkoll għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u saħaq kif fis-16 ta’ Settembru “tkun xi tkun l-għażla, dan se jkun mument ta’ kuraġġ u tisħiħ politiku għall-Partit Nazzjonalista.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook