Iktar Konsumaturi jixtru onlajn madwar l-Ewropa

  • Aww 11, 2017 19:32
  • Miktub minn iNews

     

    Permezz tal-Consumers Conditions Scoreboard, l-Unjoni Ewopeja tara l-progress li sar fis-Suq Uniku Diġitali fl-Unjoni Ewropea (UE) mill-perspettiva tal-konsumatur. Il-Consumers Conditions Scoreboard jikkonsisti f’tabella ta’ valutazzjoni liteżamina wkoll kif il-vulnerabbiltà tal-konsumaturi tinfluwenza l-perċessjonijiet tagħhom. It-Tabella ta’ din is-sena wriet li x-xiri onlajn żdied b’mod drastiku, speċjalment fix-xiri transkonfinali ġewwa l-UE. 

    Din l-istess tabella ta’ valutazzjoni tirraporta li l-kundizzjonijiet tal-konsumatur huma ġeneralment aħjar fil-pajjiżi tal-UE tat-Tramuntana u tal-Punent milli f’dawk tal-Lvant u ta’ Nofsinhar. F’Malta bejn l-2014 u l-2016 kien hemm żieda fl-indiċi tal- kundizzjonijiet tal-konsumatur. Dawn jiffukaw prinċipalment fuq tliet elementi: għarfien u fiduċja, konformità u infurzar u riżoluzzjoni ta’ lmenti u tilwim.

    Jidher li kien hemm żieda ta’ 12.4 punti perċentwali fix-xiri onlajn mingħand bejjiegħa fl-istess pajjiż. Ġiet immarkata wkoll żieda ta’ 21.1 punti perċentwali fix-xiri transkonfinali ġewwa l-UE. Dan juri li għall-ewwel darba, iktar min-nofs il-konsumaturi fl-UE iħossuhom iktar kunfidenti u siguri meta jixtru prodotti u servizzi onlajn mingħand bejjiegħa oħra stabbiliti fl-UE. 

    Minkejja dan l-avvanz, xorta għad hemm diversi ostakli li jipprevenu li x-xiri onlajn jiżviluppa kompletament.  L-eżitazzjoni tal-bejjiegħa li jbiegħu lill-konsumaturi f’pajjiż ieħor ġewwa l-UE hija waħda minn dawn l-ostakli. Il-bejjiegħa huma skoraġġuti l-iktar mid-differenzi li hemm fir-regoli nazzjonali tat-taxxa, minn differenzi fil-liġi kuntrattwali nazzjonali u mid-differenzi fil-liġijiet li jipproteġu lill-konsumaturi. Skond din ir-riċerka jidher li Malta hu wieħed mill-pajjiżi fejn il-bejjiegħa ftit li xejn jafu  dwar il-ħlas għall-materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni, iżda mill-banda l-oħra, għandhom għarfien tajjeb fuq il-garanziji ta’ prodotti difettużi. Il-bejjiegħa f’Malta għandhom it-tieni l-ogħla livell ta’ fiduċja fl-UE. 

    Malta hija waħda mill-pajjiżi fejn il-kunfidenza tal-konsumaturi fix-xiri onlajn tidher li żdiedet. Dan juri li l-konsumaturi Maltin huma kapaċi jagħmlu deċiżjonijiet infurmati u jistgħu jgħollu l-benesseri tagħhom. Mir-riżultati ta’ din it-tabella ta’ valutazzjoni, nistgħu ngħidu wkoll li kemm il-bejjiegħa kif ukoll il-konsumaturi jafu l-liġijiet tal-konsumatur u l-problemi li jinqagħlu, fil-maġġoranza tagħhom, jiġu solvuti faċilment.   

    Meta l-konsumaturi tal-UE ġew mistoqsija dwar il-fiduċja tagħhom fil-kumpaniji, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jirrispettaw u jipproteġu d-drittijiet tagħhom kien hemm żieda ta’ 8.2 punti perċentwali. 69% tal-konsumaturi Maltin sostnew li jafdaw li l-awtoritajiet pubbliċi jipproteġu d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. Dan il-persentaġġ huwa għola mill-medja tal-UE u b’hekk jirrifletti x-xogħol tajjeb imwettaq mill-awtoritajiet pubbliċi, fosthom l-ECC ta’ Malta. Filfatt, Malta ġiet ikklassifikata bħala t-tieni l-aqwa pajjiż, wara l-Iżvezja, fir-rigward il-proċess tal-Ilmenti u r-Riżoluzzjoni tat-Tilwim. 

    Il-konsumaturi Maltin, għall-kuntrarju tal-maġġoranza tal-pajjiżi fl-UE, jħossuhom iktar siguri jixtru onlajn mingħand bejjiegħa f’pajjiż ieħor ġewwa l-UE milli mingħand bejjiegħa lokali. Filfatt, iktar minn 40% jixtru minn pajjiż Ewropew u naqra iktar minn 10% minn Malta stess. 

    Skont l-istħarriġ li sar mill-ilmenti li saru mill-konsumaturi ġewwa ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECCs) jidher li tliet kwarti tal-ilmenti li rċevew kienu dwar xiri onlajn. Din iċ-ċifra qed tkompli tiżdied u tirrifletti t-tkabbir konstanti tal-kummerċ elettroniku transkonfinali bejn il-bejjiegħ u l-konsumaturi. Filfatt, ġewwa l-ECC f’Malta, fl-2015 ġew reġistrati 98 każ minn konsumaturi lokali kontra bejjiegħa barranin li jinsabu fl-UE. 80 minn dawn il-każi, jiġifieri 80%,  kienu rigward kummerċ elettroniku u xiri onlajn. Fl-2016 in-numru ta’ każijiet reġistrati żdied għall-109. Din id-darba, 88 każ (81%) kienu dwar dan l-istess suġġett. Minn din iż-żieda fil-każijiet juri li hemm iktar Maltin li saru konxji tax-xogħol li qed twettaq l-ECC biex issolvi l-ilmenti li jkollhom. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0