Mijiet se jkunu evakwati wara li binja f’Londra ilha f’periklu li tiġġarraf għal għexieren ta’ snin

  • Aww 11, 2017 18:32
  • Miktub minn iNews

    Persuni li jgħixu f’Ledbury Estate ġewwa Peckham, fix-xlokk ta’ Londra, kienu mgħarrfa li se jkunu evakwati fil-jiem ġejjin, wara li l-binja li jgħixu fiha, ilha għexieren ta’ snin f’periklu li tiġġarraf jekk ikun hemm xi splużjoni, anke waħda żgħira. Evidenti ħafna huma numru ta’ konsenturi mal-erba’ torrijiet li jiffurmaw din il-binja.

    Din il-binja, li fiha aktar minn 200 appartament, kienet mistennija li tissaħħaħ struttarlment għexieren ta’ snin ilu, iżda l-kunsill ta’ Southwark qal li dan baqa’ qatt ma seħħ.

    Ir-residenti ilhom snin jilmentaw b’dawn il-ħsarat fil-binja, iżda dejjem ġew imwiegħda li jinsabu sikuri peress li kien mingħalihom li dawn ġew imsaħħa xi snin ilu. Iżda ilbieraħ dawn ġew mgħarrfa li se jkollom jiġu evakwati.

    Il-kunsill iddeċieda li jitfi s-sistemi tal-gass f’din il-binja bħala miżuri ta’ sigurtà waqt li r-residenti mistennija jinħarrġu sabiex ikunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet neċessarji.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0